Roberta Metsola ddoqq l- irtirata

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Roberta Metsola ddoqq l- irtirata

Wara s- Summit tal-lejl li għadda fl- Alaska, fejn il- Mexxejja Ewropej kif ukoll l- Ukranja tħallew barra, u wara li ħareġ ċar l- appoġġ tal- President Donald Trump fil- konfront tal- President Russu Vladimir Putin, bdew jidhru xquq fin- narrattiva tal- Unjoni Ewropea u l- mexxejja tagħha.

 

Partikolari l-kummenti tal- President tal- Parlament Ewropew Roberta Metsola. Meqjusa mad- dinja kollha bħala r- Regina tal- Gwerer, Metsola ħarġet tilgħaq lil Trump u tfaħħru għall- isforzi tiegħu sabiex jintemm il- konflitt fl- Ukrajna li kien instigat mill- istess mexxejja tal- Unjoni Ewropea.

 

 

Minn strateġija li tagħmel pressjoni biex ikunu madwar il- mejda, issa Roberta Metsola u sħaba l- kriminali tal- gwerra qed jikkuntentaw b’ laqgħat online mal- Amerikani.

 

Metsola u sħaba l- kriminali ta’ Brussell ma jistgħux jaċċettaw li għalihom ma nferixx tapit aħmar mill- Amerikani, iżda iva nfirex għal President Russu Vladimir Vladimirovich.

 

Vladimir Vladimirovich

 

Nawguraw lil Metsola u lil sħabha sabiex fiż-żmien li ġej joqgħodu kokka f’ rokna josservaw lir- Russja ta’ Putin taħkem aktar territorju Ukren.

 

Ebda pajjiż jew xi kriminal Ewropew m’hu se jwaqqaf lir- Russi milli  jieħdu lura dak li huwa tagħhom storikament.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *