Ħrejjef ta’ Adrian Delia. Il-falliment ta’ Team Start

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Ħrejjef ta’ Adrian Delia. Il-falliment ta’ Team Start

Tiftakruhom il- ħrejjef ta’ Esopu?

 

Esopu qatt ma kiteb il‑ħrejjef tiegħu. Kien jirrakkuntahom lin‑nies, u dawn kienu jiftakruhom.

 

 

Il- ħrejjef ta’ Delia huma miktuba u jiftakarhom kulħadd.

 

Fid-dibattitu fuq NET TV, Adrian Delia  apparti l-attakki kontinwi fuq Alex Borg, qal diversi ħrejjef, fosthom semma’ s-suppost suċċess ta’ Team Start biex jattiraw żgħażagħ lejn il-PN. Team Start milli jidher hija fergħa taż-żagħżagħ fi ħdan il-PN li swiet biss fi ġlied mal-fergħa l-oħra MZPN bla ma attirat ebda żagħżagħ lejn l-PN.

 

 


Team Start bdiet fi żmien Delia Kap iżda bħal kollox li għamel din kienet fjask li ġabet firda biss fil-PN.

 

Imma Delia li jgħix f’realtà virtwali qal lil Dione Borg li se jġib żgħażagħ kif ġab Team Start.

 

https://www.maltatoday.com.mt/news/national/96224/mzpn_v_team_start_officials_from_pns_two_youth_groups_trade_insults

 

Fej huma ż-żgħażagħ li ġab Team Start jekk iktar minn nofs it-tesserati tal-PN għandhom iktar minn 65 sena?

 

Delia qed iwiegħed li se jagħmel affarijiet jekk isir Kap li ħadd m’hu jinduna li diġà pruvahom u fallew.

 

Ipprova jiġbed iż-żagħżagħ b’Team Start iżda ż-żagħżagħ ma ġewx. Il-PN illum partit tax-xjuħ.

 

 

 

Qed iwiegħed li se jibdel l-istatut iżda diġà bidlu u għamel kawlata ma Louis Galea.

 

Nitħassbux lit-tesserati Nazzjonalisti li qed jibilghu dawn l-ħrejjef.

 

Nerġa nappella sabiex in- Nazzjonalisti ma jibqgħux jeħlu l-ħin u jingħaqdu mal-Labour.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *