Isir min isir Kap tal-PN, għandna nivvutaw Labour bil-qalb speċjalment meta tara l-gwerra interna u mdemmija fil-PN se tibqa’ sejra.
Waqt li Alex Borg f’ebda ħin ma attakka lil Delia, issa li sar strument tal-estremisti, Adrian Delia sar aġent tal- mibegħda fejn uża lil missier Alex Borg fis-sodda tal-mewt biex jattakkah.
Fi spirtu ta’ mibegħda Defnista, Adrian Delia qal kif meta missier Alex Borg kien qed imut, kien qallu biex jieħu ħsieb ibnu.
Il-malizzja u l-viljakkerija f’din l-battuta huma bla qies. Delia ma jafx jistħi.
Għaliex qal hekk u x’ried ifisser?
Żommu f’moħħkom li l-kampanja ta’ Delia hija bbażata fuq attakki fuq Alex Borg li hu għadu żgħir u bla esperjenza u dik il-battuta kienet intiża biex iċċekken lil Borg u jagħti x’jifhem li Alex Borg tant għadu bil-ħarqa li anke missieru kien qal lil Delia biex jieħu ħsiebu.
Jista’ wieħed jiżloq aktar fin-niexef? Jista’ wieħed jaqa’ iktar fil-baxx biex juża lil missier Alex Borg li kien qed imut biex mingħalih isawwat lil Borg?
Adrian Delia għandu jagħmel apoloġija lil familjari ta’ Alex Borg ta’ dan il-kumment insensittiv u kattiv.
Dan is-sit ma tagħmillux differenza min isir Kap tal-PN, imma jżommkom infurmati fuq il-mibegħda fil-PN biex tkomplu żżommu ‘l bogħod minn dik il-bejta tal- mibegħda.
Ivvotaw Labour.