Robert Aquilina qed jerġa’ jgħolli rasu. Ftit ġimgħat ilu, dan il-kodard tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika u arrest illegali ta’ martu. Akkużi li jġorru magħhom piena ta’ ħabs. Però għax Robert Aquilina għandu mara qaddisa, is- Sinjura Aquilina talbet li jitwaqqfu l-proċeduri kriminali kontrih.
Issa li għaddietlu d- dehxa, dan il-kodard li jsawwat lil martu reġa’ nfexx f’attakki isteriċi kontra l- Istituzzjonijiet kif ukoll esponenti tal-Gvern Laburista.
Fost il-ħafna ħdura li beżaq, il-kodard li jsawwat lil martu saħaq li min jilgħaq lil Joseph Muscat, diffiċli jkollu intenzjoni retta u kritika sinċiera.
Ikun aħjar jekk Robert Aquilina jingħalaq f’kamra u ma jidhirx quddiem in-nies.
Robert Aquilina, ftakar x’għamilt, u ftakar li hemm dettalji oħra li għadhom ma rawx id-dawl. Tibqax tagħmilha ta’ bully għax m’ għandekx biex.

Robert Aquilina
Ftakar li int sawwat lil mara. U min isawwat mara ma jibqax jissejjaħ raġel, iżda kodard.
Nerġa nappella lit Taqsima tal-Vjolenza Domestika fi ħdan il-Pulizija sabiex jibqgħu jsegwu lis-Sinjura Aquilina, anke fid-dawl ta’ dak li ġie ddikjarat fir-rapport tal-risk assessment fejn rriżulta bħala ‘high risk’.