Jidher li l-akbar problema tal-Partit Nazzjonalista u s-satelliti tiegħu mhux il- fatt li jilħaq min jilħaq Kap tal- PN se jitilfu l- elezzjoni ġenerali. Il- problema tagħhom jisimha Chris Cardona u Neville Gafà.
Ma jistgħux jemmnu u lanqas jaċċettaw li t-tnejn li aħna, magħqudin wara l-Prim Ministru, se nkunu mill-ġdid fuq quddiem nett naħdmu qatigħ fil-kampanja fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Fil-fond ta’ qalbhom jafu li b’Chris Cardona u Neville Gafà, il-Partit Laburista se jkun ħafna iktar b’saħħtu fix-xhur li ġejjin qabel l-elezzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista beda jxomm telfa oħra kbira riesqa lejh.
Il-Partit Laburista se jkun qiegħed iħejji ruħu għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, magħqud aktar minn qatt qabel.