Dr. Joseph Muscat : In-Nofs L-Oħra tal-Verita’

Neville Gafa

~ 4 days ago

Dr. Joseph Muscat : In-Nofs L-Oħra tal-Verita’

Jidher li hemm min għorkitu għajnu li l-Malta Premier irnexxielha ġġib sponsor rekord li jitqassmu fost il-clubs Maltin.

 

The Times illum qalu li:

 

– L-app YoHealth għadha mhix attiva f’Malta iżda biex inkunu ġusti rraportaw li se tiġi attivata fiż-żmien li ġej.
– Is-sid tal-kumpanija sar ċittadin Malti.
– Kumpanija oħra tiegħu qalgħet multa mill-FIAU.

 

Kollox veru iżda kultant nofs verita agħar minn gidba.

 

Li ma qalux it-Times hu:

 

– YoHealth hija brand ġdida li qed titnieda internazzjonalment u hija propjeta’ tal-istess grupp ta’ Vbet u Fastex, li hija liċenzjata f’Malta mill-Malta Gaming Authority. Iridu jgħidu li l-MGA m’għamlux xogħolhom sew meta lliċenzjawhom?

 

– YoHealth diġa bdiet tiffunzjona f’Malta u users Maltin diġa ħadu biljetti u blalen tal-football permezz tal-użu tal-app.

 

– Vbet tisponsorja lit-team Nazzjonali Champions tad-Dinja tal-Argentina, lill-clubs ta’ Monaco u Nice fi Franza, Dynamo Kiev u Botafogo, il-Premier League tal-Ukrajna u l-League Cup tal-Kampjonat tan-Nisa tal-Irlanda ta’ Fuq. Għadni rrid nifhem x’hemm ħazin li tmur fuq kumpaniji rreġistrati Malta u li jisponsorjaw il-football f’pajjiżi oħra u tħeġġiġhom biex jisponsorjaw f’pajjiżna wkoll. Anzi llum ngħid li din għandha ssir obbligu tal-liċenzjar li dawn jisponsorjaw sport f’Malta għax hemm bosta oħrajn li jużaw lil pajjiżna, tara isimhom ma’ kullimkien fid-dinja iżda ma jinvestu xejn fl-isport Malti.

 

– Għax taf int hux, kumpanija li tisponsorja lic-Champions tad-Dinja mmexxija minn Messi mhux tajbin biżżejjed għall-kampjonat Malti!

 

– Waħda mill-kumpaniji assoċjata magħhom qalgħet multa mill-FIAU. Hekk hu. Qalgħet multa kif qalgħu multi HSBC, Bank of Valletta, Lombard, Fimbank u oħrajn. Jiġifieri hemm xi problema b’dawn il-banek? Le hux hekk. Kellhom issue u solvewha.

 

– Biex persuna ssir ċittadin Malti trid tgħaddi minn kontrolli kbar. Għalija serħan tal-moħħ li sid din il-kumpanija għadda minn dawn il-kontrolli.

 

Nittama li jkun hemm kumpaniji tal-luminati li semmew uħud u oħrajn li jisponsorjaw b’saħħa l-isport Malti kif qed tagħmel din il-kumpanija. Merħba bihom.

 

Nilqgħu lil kulħadd fuq il-karru rebbieħ tal-Malta Premier, kemm dawk li kienu mill-bidu kif ukoll dawk li qed ifittxu jitilgħu issa. Bl-għira ma tasal imkien. Bil-ħidma tasal. Nawgura divertiment lil mijiet li l-lejla sejrin jaraw lil Hamrun vs Valletta u lil eluf oħra li se jsegwuha mid-djar tagħhom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B.Borg September 2, 2025

    Neville, did company cleared its name?

    Sponsors should produce a positive image.

    So, why are we always going from one controversy to another?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *