Konferma li NevilleGafa.com Ikkontrolla l-Elezzjoni Għal Kap tal-PN

Neville Gafa

~ 3 days ago

Konferma li NevilleGafa.com Ikkontrolla l-Elezzjoni Għal Kap tal-PN

Alex Borg sar il-ħames Kap Nazzjonalista fi 12-il sena. Dan wara li fl-elezzjoni interna  tas-Sibt għeleb lil kontestant l-ieħor Adrian Delia.

 

Dan is-sit jawgura lil Alex Borg għal ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll dik ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

 

 

Alex Borg

 

 

Sadanittant, Adrian Delia għandu rekord ieħor  – dak li tilef darbtejn f’elezzjoni għal Kap tal-PN minn tliet elezzjonijiet simili li kkontesta f’perjodu ta’ tmien snin mill-2017 ‘il hawn.  

 

Dan is-sit se jkun qed janalizza r-riżultat ta’ din it-tiġrija bejn il-ħbieb, iżda qabel ma nkomplu l-analiżi li bdejna sbieħ il-Ħadd filgħodu, tajjeb li nfakkru x’ konna ddikjarajna eżattament  fil- bidu tal-kampanja għall-elezzjoni għal ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

 

F’Ġunju li għadda konna ktibna kif l-elezzjoni għal Kap tal-PN hija kontrollata minn dan is-sit. Konna ddikjarajna wkoll li dan is-sit se joħroġ bis-saħħa kontra Adrian Delia. Se nagħmluha ċara; mhux għax dan is-sit kellu jew għandu interess li jirbaħ Alex Borg. Xejn minn dan. Però bħal ma konna għidna, dan is-sit ħareġ kontra Delia għall- fatt li dan ingħaqad mal-establishment u l- estremisti tal- Partit Nazzjonalista.

 

Dan is-sit huwa magħruf li huwa voċiferu fil-konfront tal-Establishment u l- estremisti. Fost l-oħrajn għamilna kampanja partikolari u qalila kontra l-estremisti, marbuta mal-Monument tal-Assedju l-Kbir. Għaldaqstant, dan is-sit ma setax jibqa’ gallarija meta sar magħruf li Adrian Delia poġġa mal-aktar nies li għamlulu ħsara, li huma l-istess klikkek li dan is-sit jibqa’ kontrihom sal-mewt.

 

Nerġa’ nirrepeti, dan is-sit qatt ma kellu interess li jirbaħ Alex Borg, iżda IVA – kellu interess partikolari li jitlef Adrian Delia.

 

Għax telfa għal Delia hija telfa għall-establishment.

 

Telfa għal Delia hija telfa għall-estremisti bħal Robert Aquilina, dak li kien akkużat bi vjolenza domestika u arrest illegali ta’ martu, għal ħuh Carol, Manuel ‘Mossad’ Delia u oħrajn li bħalhom huma ħut żgħar li jagħmlu ħafna ħoss iżda ma jiswewx karlin.

 

 

Robert Aquilina

 

 

Dan is-sit kiteb għexieren ta’ artikli fejn esponejna l-ipokrezija kif ukoll il-karattru ta’ Delia. Stajna ppubblikajna ħafna aktar dwaru, però rajna li ma kienx hemm il- ħtieġa, għax għalkemm ktibna kemm ‘il darba li Delia se jirbaħ din it-tellieqa, is- surveys kienu qed jindikaw rebħa għal Alex Borg.

 

Din kienet strateġija politika maħduma minn  dan is-sit. Logħba li t-tesserati Nazzjonalisti daħlu għaliha b’ruħhom u ġisimhom, tant li spiċċaw paxxewna u vvutaw lil Alex Borg bħala l-Kap il-ġdid tal-PN.

 

Se nibqgħu mfakkra fost in-Nazzjonalisti bħala dak is-sit li kkontrolla l-elezzjoni għal Kap tal-PN.

 

Se nibqgħu mfakkra bħala dak is-sit li ta daqqa mortali lil Adrian Delia, u  li wara r-riżultat tal-bieraħ spiċċa kompletament irrelevanti.

 

Adrian Delia qed jaħsad dak li żera’. Frott il- paroli fil-vojt tiegħu kontrija personali fil-magħluq u li bħal ma jaf tajjeb wasal għal widnejja.

 

Fis-27 ta’ Ġunju li għadda kont affrontajtu, u wara kien qabbad nies minn tiegħu jgħiduli li Delia kien qegħdni f’posti.

 

Illum dawn il-pappagalli jafu ben tajjeb min bejn Delia u Gafà qiegħed f’postu.

 

Dan l-episodju kien fattur ieħor għaliex ħriġna kontrih.

 

Għax Alla jaħfer – Gafà ma jaħfirx‼️

 

 

 

Delia missu ftakar li kull min jeħodha kontrina jitlef, bħal ma tilfu Lawrence Gonzi, Simon Busuttil, lilu stess ħames snin ilu u lil Bernard Grech.

 

Awguri Delia, persważ li dan huwa l-bidu  tat-tmiem il-ħmar ‘il lejl  politiku tiegħek.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala September 7, 2025

    Sa dan itan, il-gdid fjamant holohm li tah qatta nobis lil Abela ”Abela is terrified”. U tan-newsbook tajtx kemm hadu gost. Sa dan itant ukoll, dak il-mejiet bil-guh li harab lejn Spania regga qed jitkarrab ”CONTRIBUT OR SUBSCRIBE TO KEEP US GOING”

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *