Kull min jaf sew lil Adrian Delia jgħid li dan huwa bniedem li fejn ma jasalx, iħassar.
Il-feriti li nfetħu fil-ġimgħat li għaddew waqt tellieqa bejn żewġt iħbieb jidher li se jibqgħu jnixxu d-demm għal żmien twil.
Wara li għamel straġi sbieħ il- Ħadd filgħodu meta tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni għal ħatra ta’ Kap ġdid, jidher li Delia se jżomm il-momentum u mhux se jarmi l-maktur kif ġieb u laħaq. Għax għalkemm kellu l-Establishment warajh, Alex Borg kellu l- aqwa magna warajh f’jum il-votazzjoni – dik tal-Istamperija.
Delia jinsab f’dellirju wara li ngħata daqqa tajba minn dawk li jmexxu d-Dar Ċentrali. Għax taf int, tellieqa bejn il-ħbieb.
Matul il-jum tat-Tnejn, Delia fetaħ għadd ta’ allegazzjonijiet oħra fosthom li kien hemm madwar 120 vot suspettużi. Saħansitra allega li tesserati mill-Mġarr vvutaw darbtejn!
Fl- artiklu li jmiss inkomplu niżvelaw x’gara sbieħ il- Ħadd filgħodu waqt l-għadd tal-voti.