Illum, Jum il-Vitorja, Malta tfakkar fi ġrajjiet ta’ l-imghoddi meta Malta u Ghawdex kienu waslu fix-xifer, u minn hemm ħarġu lura rebbieha.
Il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa monument li jfakkar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta u li jinsab il-Belt Valletta.
Il-monument huwa xogħol l-iskultur Antonio Sciortino, u ġie inawgurat fit-8 ta’ Mejju 1927.
Oriġinarjament, il-monument kien faċċata l-Berġa ta’ Auvergne, li ġiet sostitwita mill-binja tal-Qrati tal-Ġustizzja fis-sittinijiet wara li l-bini oriġinali kien ġarrab ħsara kbira fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Għal dawn l-aħħar seba’ snin, dan il- Monument Nazzjonali ġie imżebblaħ minn klikka estrema imsejħa Defnisti.
Wara li fil-ġranet li għaddew il-monument ġie mnaddaf mill-awtoritajiet, illum, proprju fil-festa tiegħu, reġa’ safà fil-mira ta’ vandaliżmu minn dawn in-nies.
Dan huwa sagrileġġ li l-awtoritajiet ma jistgħux jibqgħu jittoleraw. In-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern ma jġib xejn għajr għajb u ammissjoni ta’ anarkija.
1 Comment
In-nuqqas ta azzjoni mill gvern fuq dan labbus sfaccat qed turi djufijha min naha tal-gvern.