L-Establishment Sorpriżi għall-Fatt li Ħelsu minn Adrian Delia Qabel iż-Żmien

Neville Gafa

~ 6 days ago

L-Establishment Sorpriżi għall-Fatt li Ħelsu minn Adrian Delia Qabel iż-Żmien

Ftit wara li bdiet il-kampanja għal ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia ħafer lill-establishment u fforma koalizzjoni magħhom bil-għan li jerġa’ jilħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista.

 

Pożizzjoni li kienet se tkun ta’ serħan finanzjarju għalih. Kienu Delia ġie maħtur Kap, il- Partit Nazzjonalista kien se jkollu jħallas għal manteniment ta’ martu u ta’ uliedu. Dan is-sit kien anke għamel il- kalkoli u kien wera’ biċ-ċar li l-paga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni ma kienetx se tkun biżżejjed għal Delia.

 

 

 

 


Iżda lil hinn minn dan, f’dan l-artiklu se nkunu qed nitkellmu dwar dak li kien moħmi għal Delia mill-istess establishment li ngħaqad miegħu f’din it-tellieqa.

 

L-Establishment Nazzjonalista kif ukoll l-estremisti kellhom pjan – dak li jgħinu lil Delia jilħaq Kap għal dawn il-ftit xhur, imorru bih għall-elezzjoni ġenerali, biex wara telfa oħra jeħilsu minnu darba għal dejjem. B’hekk l-Establishment ikunu reġgħu pattewhielu u fl-istess waqt ħelsu minnu darba għal dejjem. Ta’ ħmar li hu, dan kollu Delia ma raħx ġej, u spiċċa nqela’ f’żejtu.

 

 

 

Adrian Delia

 


Iżda b’sorpriża għall-Establishment, Alex Borg laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk b’dan ir-riżultat, Delia spiċċa irrelevanti u fl-istess waqt ħelsu minnu bosta xhur qabel ma kien ippjanat.

 

Adrian Delia se jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aktar politikanti ħmir fejn tidħol strateġija politika. Fl-istess waqt se jibqa’ mfakkar għal kapaċità politika li waslitu jagħmel lilu nnifsu irrelevanti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *