Mumenti ta’ tensjoni kbira fil-Partit Nazzjonalista hekk kif id-dillierju ta’ Adrian Delia se jwasslu jiftaħ kawża fil-Qorti kontra l-PN. Ilu jhedded mis-Sibt bil-lejl li se jiftaħ kawża l-Qorti u jidher li din tista’ tinfetaħ b’ urġenza l-lejla stess.
Sadanittant tikber ir-rabja kontra Metsola li wara li tradiet lil partitarji u ma kkontestatx għal Kap, mbagħad appoġġjat apertament lil Adrian Delia.
Issa li l-maskra tal-lealtà ta’ Delia waqgħet wara dan it-theddid u riskju li l-Partit Nazzjonalista jinqasam, ħafna qed jippuntaw subghajhom lejn Metsola wara li tefgħet il-piż tagħha wara Delia.
Ħafna Nazzjonalisti qed isostnu li dan l-inkwiet kollu tort ta’ Metsola.
Mhux ta b’xejn magħrufa bħala r-Regina tal-Gwerer.
Issa ġabet gwerra fil-PN stess.