Il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri ta’ pajjiżna

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri ta’ pajjiżna

Il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri tal-PN. Dan huwa fatt li l-partitarji Nazzjonalisti ilhom jafuh.

 

Il-Partit huwa mezz kif javvanzaw l-interessi personali tagħhom u l-interessi personali tagħhom huma li jiddominaw l-PN għal dejjem.

 

Iżda fl-aħħar sigħat sirna nafu kemm il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri ta’ pajjiżna.

 

 

 

Mela Beppe Fenech Adami ħareġ jitkaża u jġib min jitkaża għaliex il-Partit Laburista organizza l-attività festa familja, f’Kennedy Grove.  

 

Dan il-Fariżej tgħidx kemm ħarqitu qalbu għaliex mal- Monument f’ġieħ l- ex President Amerikan Kennedy twaħħlu banners tal-Partit Laburista.

 

Imma Beppe,kemm tiflaħ tkun falz?

 

Anzi,aktar minn falz, Beppe Fenech Adami huwa traditur.

 

Traditur għax taħarqu qalbu għal biċċa mafkar ta’ President Amerikan li qatt ma tagħna karlin, però fl-istess waqt favur it- tkasbir tal- Monument tal-Assedju l-Kbir. Monument li jfakkar l-imwiet ta’ mijiet ta’ Maltin fil-ġlieda tagħhom favur Malta.

 

 

 

 

F’Malta għandna puppatur eks Imħallef li b’daqqa ta’ pinna għoġbu jbiegħ il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

 

Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana. 

 

Sentenza ridikola li ġabet biss tgerfix, għajb u stmerrija. 

 

Dan id-deċiżjoni ta’ tradiment kienet approvata minn Beppe Fenech Adami u familtu.

 

Jekk il-familja Fenech Adami u sħabhom tal-klikka estremista ta’ Daphne jaħsbu li se nkunu qed nieqfu nofs triq f’din il- kampanja, allura qed jiżbaljaw bil-kbir. Id-dritt tal-libertà tal-espressjoni aħna nemmnu fih, però ma jfissirx li għandhom dritt idawru Monument Nazzjonali f’miżbla.

 

Jekk għal Beppe Fenech Adami,  dak li għamel il-Partit Laburista fuq il- mafkar f’ġieħ barrani, huwa nuqqas ta’ rispett, aħna nassigurawh li għal poplu Malti huwa sagrileġġ dak li qed isir bil-barka tiegħu u ta’ familtu fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

 

 

 

 

Il-familja Fenech Adami ma jistgħu qatt isejħu ruħhom Nazzjonalisti.

 

Jien u ħafna bħali li ngħożżu l- istorja u l- kultura Maltija nissejħu Nazzjonalisti.

 

Nazzjonalisti fil-veru sens tal-kelma.

 

Li tkun Nazzjonalist ifisser li tkun tħobb lil pajjiżek, u Monumenti Nazzjonali tqishom bħala monumenti sagri.

 

 

Fenech Adami

 

 

Il-familja Fenech Adami huma l-akbar tradituri mhux biss tal-Partit Nazzjonalista, iżda tradituri ta’ pajjiżhom.

 

Min jaf Nerik Mizzi u Ġorġ Borg Olivier kemm jitqallbu fil-qabar meta jaraw dawn it-tradimenti ta’ Beppe Fenech Adami u familtu.

 

Il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri tal-PN. Tpaxxuhomx. Ejjew mal-Labour.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B.Borg September 14, 2025

    Bootlickers for foreigners as always.

    Do you still believe the PN’s old lie that their heart is for the Maltese?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *