Adrian Delia, dak li ftit tal-ħin ilu ddesrkriva lilu nnifsu bħala baħħar tal-maltemp, matul il-jum tas-Sibt ddeċieda li jsabbat il-bieb f’wiċċ il- Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fis- sigħat li għaddew dan is-sit irrapporta kif Adrian Delia irrifjuta t-talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, sabiex ikun Viċi Kap tal- PN.
Is-sorsi tagħna mill-Istamperija qalulna li Adrian Delia saħansitra qed jitlob garanziji lil Kap tal-Partit sabiex ikun jista’ jikkonsidra il-kariga ta’ Viċi Kap.
Il-garanziji li għamel Delia xejn ma niżlu tajjeb ma Alex Borg. L- istess sorsi qalulna li Borg irid juri lil Delia li hu l-Kap, u li xejn ma hu kuntent b’din l-arroganza ta’ Delia.
Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar dettalji mill-qalbha tal- Partit Nazzjonalista.