Tliet Immigranti Irregolari Ritornati Lejn Pajjiżhom

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Tliet Immigranti Irregolari Ritornati Lejn Pajjiżhom

Tliet immigranti irregolari tkeċċew mill-pajjiż u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom fil-Lvant tal-Afrika.

 

Dan wara li ma kinux refuġjati, u fl-aħħar jiem il-Qorti ma laqgħetx it-tieni miżura interim li fetħu kontra l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.

 

Għal diversi snin dawn il-persuni rrifjutaw li jikkoperaw mal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni b’uħud minnhomdaħlu diversi applikazzjonijiet għall-ażil, liema applikazzjonijiet qatt ma kienu ġew milqugħa hekk kif mhumiex eliġibbli għaliha.

 

Ħidma li tikkumplimenta wkoll operazzjoni ta’ ritorn oħra, li l-Pulizija mexxiet b’suċċess fil-konfront ta’ immigrant ieħor li kien ġej minn pajjiż ieħor Ewropew u li rrifjuta li jitlaq b’mod volontarju.

 

Fl-aħħar xhur, 108 immigranti irregolari ġew ritornati lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara li daħlu fil-pajjiż b’mod irregolari u ma kinux eliġibbli għall-ażil.

 

Din iċ-ċifra teskludi dawk il-persuni li ġew imkeċċija mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *