Robert Aquilina huwa bniedem frustrat mimli mibegħda

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Robert Aquilina huwa bniedem frustrat mimli mibegħda

Matul il- jum tas-Sibt, in-Nutar Robert Aquilina infexx f’theddid fil-konfront tal- Kummissarju Anġlu Gafà.


Din mhux l-ewwel darba li dan il-kodard infexx fil-Kummissarju.

 

Bħal ma diġà għamilna qabel, dan is-sit jikkundanna bla ebda riżervi l-attakk ta’ Robert Aquilina fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafà.

Ħadd m’għandu dritt jattakka b’dan il-mod mimli ħdura lill-ebda persuna, aħseb u ara Kummissarju tal-Pulizija.

 

 

 


Sadanittant, tajjeb li nfakkru min hu Robert Aquilina..

 

Robert Aquilina f’Lulju li għadda tressaq il-Qorti akkużat b’vjolenza domestika u l-arrest illegali ta’ martu.

 

Ma laqqatx sentenza ħabs għax il-mara qaddisa li għandu talbet lill-Qorti sabiex jitwaqqfu l-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu.

 

Sorsi fil-Pulizija qalulna li dan ma kienx xi  każ iżolat, iżda jidher li jagħmel parti minn sensiela ta’ abbuż.

 

 

Robert Aquilina: The Wife-Beater

 


Fl-aħħar xhur, dan is-sit esprima t-tħassib tiegħu dwar żieda fir-rata ta’ każijiet allarmanti li qed jirriżulta f’rapporti minn bosta nisa. Stejjer ta’ irġiel ivvizzjati bil-pornografija estrema, vjolenti u degradanti, li mbagħad jippruvaw jirreplikaw l-abbuż fuq is-sieħba tagħhom.

 

Sorsi allegaw li l-każ ta’ vjolenza domestika li qed nirreferu għalih jista’ jkun ta’ wieħed simili.

 

Issa li għaddietlu d-dehxa, dan il-kodard li jsawwat lil martu reġa’ nfexx f’attakki isteriċi kontra l-Istituzzjonijiet kif ukoll esponenti tal-Gvern Laburista.

 

Robert Aquilina, ftakar x’għamilt, u ftakar li hemm dettalji oħra li għadhom ma rawx id-dawl. Tibqax tagħmilha ta’ bully għax m’ għandekx biex.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *