Kien permezz ta’ dawn il-kliem fejn allegat li t-Times qed jippruvaw iħammġulha isimha li s-CEO tal-PN fetħet gwerra kontra t-Times u l-ġurnaliżmu ħieles.
Kieku kienet xi esponent Laburista ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Illum t-Times kellha storja dwar in-negozju ta’ Cabourdin u żewġha u kif pappietha sew taħt il-Labour.
Mal-Lovinmalta ħarġet tattakka lit-Times bil-kliem “”Some are already trying to taint my reputation.”
Għal Cabourdin li ġurnal jikteb fatti huwa attakk fuq r-reputazzjoni tagħha.
Il-ġurnata minn filghodu turik. Din ma taċċettax kritika u għandha sense of entitlement bħall-establishment tal-PN.
Sabrina, meta se ddaħħal l-audited accounts tal-PN?