Filmat : Jagħmel Tiegħu Proposta tal-Gvern

Neville Gafa

~ 1 week ago

Filmat : Jagħmel Tiegħu Proposta tal-Gvern

Li l-Kap Nazzjonalista Alex Borg iffissat f’ Dr. Joseph Muscat huwa sigriet magħruf. Lanqas għandu kontroll fuqu nnifsu, u litteralment jimitah bla ma jkun jaf.

 

 

 

 

Iżda li issa qed jikkopja lill-Ministru tal-Finanzi  hija novita’.

 

Ftit tal-jiem ilu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg tkellem dwar proposta reċenti li ħabbar il-PN għall-ġenituri: tax band ġdida msejħa PARENT 2 li se tħalli €8,500 aktar fis-sena lil kull familja li jkollha t-tieni wild jew aktar.

 

Il- verità hija li din il-proposta kienet imħabbra fit-12 ta’ Frar 2025 fil-Parlament mill-Ministru Clyde Caruana.

 

 

 

 

Dakinhar, il-Ministru Caruana sostna li l-Gvern għandu jinvesti b’mod sostanzjali fil-ġenituri sabiex jinkoraġġihom ikollhom it-tieni wild.

 

“Sabiex nazzjon ikun b’saħħtu u prosperu, huwa essenzjali li jkollu ġenerazzjoni żagħżugħa. Iżda ċ-ċifri f’Malta juru li bħalissa m’għandniex din ir-realtà,” qal il-Ministru Caruana fid-diskors tiegħu ta’ aġġornament fil-Parlament.

 

Bħala proposta konkreta, huwa kien ħabbar li l-Gvern se jkun qed jintroduċi rata ta’ taxxa preferenzjali għall-familji li jkollhom it-tieni wild.

 

Kompli għaffeġ Alex Borg.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *