Issa li qrajna r-rapport kollu tal Awditur Ġenerali fir-rigward tal-Fortina, wieħed iżid it-tħassib tiegħu dwar l-iskop aħħari ta’ dan ir-rapport. Apparti l-mod kif inhu miktub b’ lingwaġġ li qatt ma rajna bħalu u b’Werrej qisu storja tal-biża, jeżistu kontradizzjonijiet kbar.
Waħda mill-akbar: Il-valuation il-kbira, waħda minn 6, mhux skont il-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet.
Oħroġ il-għaġeb jgħidha r-rapport tal-Awditur Ġenerali innifsu f’pagna 98, paragrafu 3.5.8. Jikkonferma l-Awditur li l-istima (valuation) ta’ Grant Thornton tikkawżalu “concerns” that “persist” u li “this office remained unconvinced that this engagement conformed with the provisions of Article 79(4) of Act”. L-Awditur isejjaħ l-ingaġġ ukoll bħala “dubious”.
Allura tqum il-mistoqsija : Kif hija stima llegali u xi ħadd irid jgħid li din kellha titħallas?
Biex ngħamluha ċara: mhux fi ħsiebna nattakkaw l-Awditur Ġenerali. Mhux l-iskop. Però mistoqsijiet irridu nistaqsu, la media oħra ma nteresshomx.
Se nkomplu nesponu t-taħwid.
1 Comment
Jekk xi hadd jonqos minn dmirijietu u tirrimarka ifisser li qed tattakka?
Kif spiccajna…. The untouchables