Fl-aħħar xhur konna iebsin ħafna fir-rigward tal-pjattaformi bħal bolt u wolt u dawk li jħaddmu l-food couriers. Konna ċari li ma hemmx lok għall-abbuż u anke irrifjutajna applikazzjonijiet ġodda. Anke jekk kien hemm min kritikani, żammejna sod.
F’laqgħa riċenti infurmawni li l-pass li jmiss huwa li kull ħaddiem fis-settur tagħhom ser ikun issieħeb f’Union u protett bi ftehim kollettiv.
Huwa pass pożittiv. Ser nibqgħu nisħqu li f’pajjiżna m’hemm lok ta’ ebda abbuż u jkolna level playing field bejn il-ħaddiema kollha. Ser nibqgħu viġilanti.