Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jikxef kif kien hemm 6 valutazzjonijiet li kollha ġew differenti. Biex ngħamluhom sempliċi: valutazzjonijiet ta’ 12m, 8m, 2.7m, 18m, 23m u 21 miljun.
Jista allura xi ħadd jgħidilna kif u fuq liema bażi ġie deċiż li l-waħda t-tajba, kumbinazzjoni, hija l-akbar waħda? Dan meta nafu li mhux mal-liġi?
U l-akbar valutazzjoni, u li mhux mal-liġi, u li nżammet mill Imħallef Emeritu llum mejjet, kif jiġi allegat li dan ‘ħbiha’?
Għax ma jistax jitkellem u jgħid għaliex?
L-Imħallef kellu l-għarfien espert tal-liġi u allura seta faċilment anke hu wasal għal-konkluzzjoni li wasal għaliha l-Awditur Ġenerali stess u ċioè li din ma kienetx mal-liġi.
Ġust hekk?
Ser inkomplu nesponu.