Nesponu l-Pjan tal-Maġistrat Gabriella Vella (2)

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Nesponu l-Pjan tal-Maġistrat Gabriella Vella (2)

Il-Maġistrat Gabriella Vella, dik li ordnat it-tfittxija fuq Joseph Muscat u fuq familtu fid-dar tiegħu, qed tippretendi li tingħata promozzjoni għal Imħallef.

 

Li kieku sena ilu kont tistaqsiha jekk tridx tilħaq Mħallef, bla dubju kienet twieġeb li iva però ma kienx il-waqt.

 

Aktar ‘il quddiem tindunaw waħidkom għaliex.

 

Mela f’Jannar li għadda, fil-Qorti ħareġ li l-esperti forensiċi mqabbda minn Gabriella Vella tħallsu 11 il-miljun ewro bla ebda kontrol. Sempliċiment b’daqqa ta’ firma tal-Maġistrat Graziella Vella.

 

Issa ħareġ li saħansitra kienet iżżurhom l-Irlanda ta’ Fuq għal laqgħat sigrieti. 

 

Minn naħa tiegħu, il-Prosekutur Dr. Refalo kien qal li ma kellux indirizzi tal-esperti kollha.

 

Tafu kemm kellu indirizzi? Kellu tlett indirizzi BISS  minn tletin espert‼️

 

Lanqas Alla ma jemmen.

 

Madankollu, mhux suppost kellu problema biex ikun jaf fejn joqgħod Jeremy Harbinson. Kemm jistaqsi lill-Maġistrat Gabriella Vella. Però oħroġ- il għaġeb ma kienx jaf! Il-Prosekutur ma jafx minn fejn hu x- xhud tiegħu.

 

Araw x’ ħadma din.

 

 

Gabriella Vella

 

 

Però ejjew nibqgħu fuq Gabriella Vella.

 

Dan is-sit se jibqa’ konsistenti u se jfakkar il-mistoqsijiet li diġà saru ;

 

Qatt fl-istorja ta’ pajjiżna Maġistrati siefru biex imorru jżuru xi espert?

 

Jekk kien hemm bżonn laqgħa, għaliex ma ġewx Malta l-esperti u ltaqgħu l-Qorti kif jagħmel kulħadd?

 

Għaliex Gabriella Vella ma riditx tiltaqa’ magħhom il-Qorti ta’ Malta?

 

Toħloq dubji kbar għaliex isiru laqgħat klandestini bħal dawn addirittura barra minn Malta.

 

Tista’ l-Maġistrat tagħti mqar raġuni waħda dwar dawn il-laqgħat klandestini?

 

Nistgħu nisimgħu raġuni waħda għaliex ma tiltaqax fil-Qorti mal-esperti iżda tagħżel li tmur għandhom hi?

 

Fejn saru dawn l-inkontri sigrieti? F’uffiċċju jew f’xi residenza privata?

 

Hi prassi li membri tal-Ġudikatura jiltaqgħu ma partijiet barra l-binja tal-Qorti?

 

Punt kardinali kien li dawn l-esperti li tqabbdu mill-Maġistrat Gabriella Vella ma kienux fuq il-lista ta’ esperti tal-Qorti Maltija.

 

Saħansitra Jeremy Harbinson gideb meta qal li kien f’ din il-lista.

 

Sinjura Maġistrat,

 

MIN tak il-parir biex taħtar lil dawn l-esperti? Għaliex ma tridx twieġeb?

 

Ngħidilha li aħna nafu min u l-informazzjoni se ssir pubblika fil-waqt opportun.

 

Aħjar tara kif tagħmel li tesponi hi lil min ġabha darha mal-ħajt, għax meta niżvelaw aħna se tkun ħafna akbar. 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *