Joe Zammit McKeon Kellu Jitkeċċa Ħames Xhur Ilu

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Joe Zammit McKeon Kellu Jitkeċċa Ħames Xhur Ilu

Ħames xhur ilu, il-Gvern kellu jitlob ir-riżenja tal-Ombudsman Joe Zammit Mckeon. Kif konna spjegajna dakinhar, Zammit McKeon kien IPPARTEĊIPA fl-għażla tal-Maġistrati meta waħda mill-applikanti kienet segretarja minn tiegħu.

 

Infakkru li Joe Zammit McKeon jifforma parti mill-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikatura.

 

Kien hemm minn staqsieni imma x’kellu jagħmel Joe Zammit McKeon, il-paladdin tar-‘rule of law’ ta’ Malta u li jipprova jindaħal f’kollox?

 

X’kellu jagħmel fiċ-ċirkostanzi billi kien jaf minn qabel li applikat Dottoressa Monica Borg Galea, li taħdem miegħu għal snin twal?

 

 

Dr. Monica Borg Galea

 

 

Joe Zammit McKeon kellu jwettaq ħaġa sempliċi. Kellu jinforma mill-ewwel lill-Prim Imħallef li huwa l-President tal-Juducial Appoinmtents Committee li huwa ma setax ipoġġi għal dan il-proċess kollu, m’hux biss fejn tidħol Dr. Monica Borg Galea, imma għal ta’ kulħadd. Dan sabiex jserraħ ras kulħadd li l-proċess kien wieħed trasparenti!

 

Huwa seta’ wkoll isib membru fl-Uffiċċju tal-istess Ombudsman, billi l-Ombdusman skont il-Kostituzzjoni huwa membru fuq dan il-Kumitat. Kellu jsib Uffiċjal Għoli fl-istess Uffiċċju tal-Ombdusman u għal dan il-proċess kollu, jpoġġi hu.

 

 

Vincent A. De Gaetano

 

Dakinhar kont semmejt l-Eks Prim’Imhallef Dr. Vincent De Geatano, li ma għandix dubju li għandu kapaċitajiet aktar minn Joe Zammit McKeon li jwettaq dan u li bħalissa jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Ombdusman.

 

Hekk kellek tagħmel Sur puppatur Joe Zammit McKeon. Minflok għamilt konfużjoni kbira u kulħadd jgħid bik minn warajk.

 

Dan il-pajjiż qatt ma ra kunflitt ta’ interess daqsekk kbir u ikrah.

 

Joe Zammit McKeon

 

Sadanittant, fi żmien qarib se jkun hemm proċess tal-għażla ta’ Ġudikanti ġodda. Sintendi, il-puppatur Joe Zammit McKeon se jerġa jkun wieħed mill-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikatura.

 

Sur puppatur Joe Zammit McKeon,

 

Int ċert li din id-darba ma għandek ebda konflitt ta’ interess?

 

Huwa minnu dak li qed jingħad fil-kurituri tal-Qorti li dan kollu jista’ jerġa jirrepeti ruħu?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala October 2, 2025

    Meta Gvern li qed jaministra pajjiz ma jihux azzjonijiet f’waqthom dawn labuzi jibqaw jirepetu ruhom.

    Reply
  2. saviour stivala October 2, 2025

    Was it a case of McKeon taking the opportunity to get rid of Dr Monica Borg Galea?.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *