Ftit iżjed minn sena ilu, propjament l-għada li jien u marti Amanda żżewwiġna, kien hemm min ħass li kellu jivvinta allegazzjoni u jtellaq pjan perikoluż ħafna li l-għan aħħari tiegħu kien li jkisser lili u lil familti.
Wara l-allegazzjonijiet li saru u investigazzjoni li ħadet il-kors tagħha, il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika għadu kemm ippubblika r-rapport tiegħu li juri b’mod ċar li fl-ebda ħin ma kien hemm użu ta’ fondi pubbliċi dak in-nhar tat-tieġ tagħna. Ċertifikat ċar li dawn kienu allegazzjonijiet intenzjonati biss li jweġġgħu personalment.
X’rimedji hemm għall-familji u l-qraba tagħna li għaddejtuhom minn martirju bla bżonn?
Kull min tefa’ l-ġebla m’għandux jaħbi idu għax illum iktar minn qatt qabel ikun qiegħed juri kemm hu ġifa, iżda jrid jerfa’ r-responsabbilità politika għal għemilu.
1 Comment
Well, he should ask questions about his past performance and certain decisions.