Onor. Davina Sammut Hill : “Politika Ta’ Appoġġ U Investiment Fil-Komunità.”

Neville Gafa

~ 5 days ago

Onor. Davina Sammut Hill : “Politika Ta’ Appoġġ U Investiment Fil-Komunità.”

Bħala Partit Laburista, il-valuri u t-tradizzjonijiet Maltin dejjem kienu prijorità għalina.

Il-festi, il-każini tal-baned, l-għaqdiet sportivi, kif ukoll il-komunitajiet tan-nassaba u kaccaturi, huma parti mill-identità tagħna bħala poplu. Aħna dejjem konna ta’ sostenn għal dawn l-espressjonijiet kulturali u soċjali li jsaħħu l-għaqda fil-komunità.

 

 

Partit Nazzjonalista

 

Sfortunatament, il-Partit Nazzjonalista ippreżenta abbozz ta’ liġi li jġib miegħu riskji serji għall-mod kif dawn l-attivitajiet jitmexxew illum.

 

Bħala Partit, ivvutajna kontra dan l-abbozz perikoluż, għax nemmnu li jheddu dak kollu li jagħmilna Maltin.

 

 

Partit Laburista

 

Kien il-Partit Laburista li ħa l-inizjattiva biex isalva numru ta’ każini tal-baned milli jagħlqu l-bibien tagħhom.

 

Il-politika tagħna dejjem kienet waħda ta’ appoġġ u investiment fil-komunità. Aħna se nibqgħu l-vuċi ta’ dak kollu li jħaddan il-valuri, it-tradizzjonijiet u l-identità tagħna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *