Hekk kif ilbieraħ iċċelebrajna l-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Anzjani, żort il-wirja “Talenti b’Għożża” fil-Kampus tal-Belt tal-Università ta’ Malta; wirja li turi b’mod ċar li l-kreattività u l-passjoni m’għandhomx età!
Ix-xogħlijiet artistiċi ġew maħluqa minn residenti fid-djar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex, u jirriflettu l-ħiliet, il-memorji u l-valuri tagħhom.
Talenti b’Għożża tibqa’ miftuħa sal-4 ta’ Ottubru 2025, inkluż waqt Notte Bianca – inħeġġeġ lil kulħadd iżurha!