Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika sirna nafu li l-istima tal-NAO mhux skont il-liġi. Dan għall-fatt illi l-istima li saret mill-Awditur Ġenerali dwar il-konċessjoni tat-tibdil fil-kundizzjonijiet fuq l-art tal-Fortina saret minn Perit wieħed biss.
Dan meta l-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet kif ukoll dik Parlamentari tesiġi li jekk il-valur tal-proprjetà jaqbeż l-€400,000, għandha tintalab stima minn tlett esperti.
Hawnhekk induru fuq Keith Mercieca.
Min hu Keith Mercieca?
Keith Mercieca huwa l-assistent Auditur Ġenerali. Kiteb ir-rapporti kollha kritiċi tal-Gvern. Fejn isib xi ħaġa juriha, u sew jagħmel.
Ħafna drabi ma jsib xejn, għaliex ma jkun hemm xejn, iżda jitfa’ botti politiċi li l-uniku għan tagħhom ikun li jfixklu lil Gvern.
Għamilha f’diversi rapporti fosthom dwar Cafe Premier u tal-Sptarijiet.
Meta jasal il-waqt biex jixhed joqgħod jilgħabha tal-pulit u jdur mal-lewża.
F’tal-isptarijiet kien hu li tefa’ botti li kumbinazzjoni mbagħad intużaw mis-suppost esperti bħala ġustifikazzjoni.
Sur Keith Mercieca,
se terfa’ r-responsabbiltà wara li ħareġ ċar li ħammart wiċċ NAO?
Aħna ma jimpurtanhiex jekk awditur jew kumpaniji li tqabbad huwa tajbin. Il-fatti huma li kellha tintalab stima minn tlett esperti u dan ma sarx.