Waqt is-Seduta Parlamentari ta’ nhar it-Tlieta, fil-ħin tal-Stqarrija Ministerjali, Beppe Fenech Adami staqsa lill-Prim Ministru hux minnu li fil-Gvern Malti hemm aġent tal-Gvern Russu biex imexxi l-aġenda tal-Gvern Russu u l-aġenda ta’ Putin.
Onor. Fenech Adami, għalkemm ma kellekx il-kuraġġ issemmi ismi, għaraf li aħna l-ħobż minn ħalqna niekluh.
Biex fl-2025 in-naħa tal-Oppożizzjoni għandha Membri Parlamentari jistaqsu dawn it-tip ta’ domandi, juri biċ-ċar kemm m’għandhomx għal qalbhom l-interess Nazzjonali.
Għaliex jekk hu veru li l-Oppożizzjoni tinsab imħassba dwar sitwazzjonijiet simili, allura għandha taġixxi mod ieħor. Għandha tistaqsi mistoqsijiet simili f’fora differenti. Għaliex jekk verament għandhom għal qalbhom l-interess u s-sigurtà Nazzjonali, mistoqsijiet bħal dawn fil-Parlament iwasslu biss sabiex joħolqu spekulazzjoni żejda u li ma ssolvi xejn għajr li toħloq paniku kif ukoll tagħti stampa ħażina fuq pajjiżna bla bżonn.
Għal Beppe Fenech Adami, li tippubblika artikli sabiex il-poplu jisma’ l-qanpiena l-oħra tal-kunflitt Ukren, ifisser li l-awtur huwa aġent sigriet Russu. Però jekk xi ħadd jippublika artikli favur Ir-reġim ta’ Zelensky, hemmhekk kollox sew.

Zelensky
Li tappoġġja dittatur u qattiel tal-poplu Ukren bħal Zelensky, hemm kollox sew.
Bil-loġika ta ‘ Beppe Fenech Adami;
- il-persekuzzjoni tal-Ortodossi mir-reġim ta’ Zelensky hija normali
- Il-persekuzzjoni ta’ miljuni ta’ Ukreni li jitkellmu l-lingwa Russa huwa aċċettabbli
- Il-qtil ta’ kuljum konsegwenza ta’ attakki bi drones mir- reġim ta’ Zelensky fuq ċivili Ukreni huwa aċċettabbli. Basta kontra r-Russja
Bil-loġika ta’ Beppe Fenech Adami, jekk wieħed jikteb favur il-Palestina, allura jkun aġent tal-Hamas.
Il-filosofija ta’ Beppe Fenech Adami hija mera’ tal-ħsieb tal-Partit Nazzjonalista. Partit li nesa’ l-prinċipju fundamentali tiegħu; in-Nazzjonaliżmu.
Għaliex qed ngħid dan?
Għaliex jekk wieħed jistudja x’wassal għal bidu ta’ dan il-konflitt, u x’wassal lir-Russi biex jibdew Operazzjonijiet Militari Speċjali, huwa sabiex jiġi protett in-Nazzjonaliżmu li kien qed jiġi mhedded mir- reġim Nazzist ta’ Zelensky.
Mhux fi ħsiebi nidħol f’dan id-dettall għax mhux is-suġġett ta’ dan l-artiklu, u għax jekk nibda ma nispiċċa qatt. Però b’dak li allega il-Kap de Facto tal-PN, Beppe Fenech Adami, juri kemm il-Partit Nazzjonalista tilef il-maturità politika. Imma aktar minn hekk, turi kemm il-Partit Nazzjonalista qed jitlef l-identità li sawritu.