Il-kelliem ta’ Alex Borg għall-Gustizzja jista’ jiffaċċja kawża għad-danni għax ta’ parir ħażin lil Daniel Meli. Dan hekk kif żewġ Imħallfin differenti iddeċidew li Daniel Meli m’għandux jintbagħat l-Amerka biex jiffaċċja akkużi kriminali wara li fil-bidu kien aċċetta li jintbagħat l-Amerka fuq parir tal-avukat tiegħu ta’ dak iż-żmien Joe Giglio.
Bernard Grech kien qagħad attent li lil Joe Giglio ma jagħmlux kelliem tal-Ġustizzja u l-Intern għax kien jaf li se jkollu problemi bih.

Joe Giglio
Iżda n-nuqqas ta’ esperjenza ta’ Alex Borg wasslu biex jagħmel dan l-iżball li issa se jiswieh qares ħafna.
Huwa mifhum li l-familjari ta’ Daniel Meli huma rrabjati sew għal Joe Giglio anke għax Karol Aquilina dejjem fittex li jitħabbeb magħhom. Huwa fatt magħruf li Joe Giglio u Karol Aquilina ma jarawx għajn m’għajn.

Chris and Lucienne Meli, the parents of Daniel Meli
Nistennew u naraw jekk fil-fatt Joe Giglio jsibx ruħu b’xi kawża kontrih fuq parir ħażin li seta kellu konsegwenzi koroh ħafna fuq Daniel Meli.
Li hu żgur hu li minħabba l-parir ħażin ta’ Joe Giglio, Daniel Meli għamel żmien arrestat.