Matthew Caruana Galizia imissu talab skuża lill-poplu Malti

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Matthew Caruana Galizia imissu talab skuża lill-poplu Malti

Waqt programm fuq RTK103, Matthew Caruana Galizia, iben Daphne Caruana Galizia qal li l-aħħar 8 snin għall-familja tagħhom kienu jikkonsistu f’inkwiet u anzjetà ma taqta’ xejn.

 

Kompla jgħid li jeħtieġ dawk responsabbli jaffaċċjaw ġustizzja għall-qtil u li d-dewmien biex issir ġustizzja qed jieħu tant fit-tul.

 

Matthew Caruana Galizia missu qabel kollox talab skuża lil dawk il-mijiet ta’ familja li weġġħet u kisret ommu Daphne permezz tal-kitba mimlija mibgħeda.

 

Tisma’ lil Matthew Caruana Galizia jitkellem taħseb li ma tressaq ħadd kif kien jiġri fi żmien Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi dwar Karen Grech, Raymond Caruana u ħafna iktar qtil li qatt ma ssolva taħt l-Kummissarju John Rizzo.

 

 

Eddie Fenech Adami

 

 

L-ipokkrita Matthew Caruana Galizia jibqa’ jaħbi l-fatt li taħt Joseph Muscat Prim Ministru, il-każ issolva fi ftit ġimgħat.

 

Taħt Gvernijiet Laburisti, fil-każ tal-qtil ta’ Daphne, sitt persuni nstabu ħatja, wieħed weħel ħmistax-il sena, tnejn erbgħin sena, u tlieta għomorhom il-ħabs. Ieħor qed jistenna jgħaddi ġuri.

 

Tajjeb infakkru wkoll li iben Daphne Caruana Galizia kien ġie mressaq il-Qorti akkużat b’kawża fuq d-drogi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *