Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit dalgħodu għamlet xenati fil-bini tal-Qorti hekk kif tħabbru l-ismijiet tal-Imħallfin u baqgħet l-art.
Sirna nafu wkoll li s-sentenzi tagħha jinkitbu mill-court attorney tagħha, ċertu Thomas Zammit li jiġi iben Ray Zammit li huma familja Nazzjonalista magħrufa u akkaniti.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit għandha żewġ delizzji. Wieħed tal-handbags tad-ditta . Michelle Muscat ma tistax, però l-Maġistrat tista’.
Il-hobby l-ieħor li ttaqtaq kontra l-gvern fil-kafeteriji madwar l-qorti. Jidher li twebblet li ssir Imħallef u daret kontra l-Gvern għax ma saritx. Issa iktar se tgerger.
Mill-informazzjoni li għandu dan s-sit, jekk issir Imħallef, isir kulħadd. Propjament ħafna jistagħġbu kif saret Maġistrat għax qatt ma kienet xi bozza tal-mija.
Ma tantx għandha għaliex tgerger kontra l-Gvern Laburista għax il-handbags tixtrihom mil-flus kbar li jaqla’ żewġha bħala avukat tal-aqwa negozjanti li gawdew ma Gvernijiet Laburisti.


1 Comment
Bid-dovut rispett Sur Gafa, inti sinċierament taħseb li aħbar bħal din tal-maġistrat tinteressa lin-nies? Int sinċerament temmen li xi ħadd jimpurtah mill-hobbies tal-Maġistrat Stafrace Zammit? Duħħan!! Mhux aħjar għidtilna dwar ir-riżenja lil kien hemm tas-Segretarja tan-Nisa Laburisti?? Ma nistax nifhem kif donnu kulħadd baqa’ sieket. Tgħid għaliex? Forsi għad inkunu nafu?