Dan is-sit dejjem ikkundanna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan is-sit qatt ma niżel fil-livell baxx li kienet tinżel fih hi fir-Running Commentary fejn kienet tifraħ u tiċċelebra bil-mewt ta’ nies qrib l-Partit Laburista.
Aħna differenti minn Daphne Caruana Galizia. Aħna ma nieħdu pjaċir bil-mewt u dejjem nikkundannaw il-qtil.

Daphne Caruana Galizia
Iżda Daphne Caruana Galizia qabel mietet, għexet. Qabel nqatlet, għexet ħamsin sena ta’ kitbiet ta’ mibegħda u vjolenza psikologika, issawwat lil żewġha bil-plattini, taħbat fil-karozzi u titlaq minn fuq l-post u tevadi mijiet ta’ eluf f’VAT u taxxa. Għal dan kollu ġiet mressqa l-Qorti diversi drabi tiffaċċja akkużi kriminali.
Għalhekk bħal ma nikkundannaw il-mod kif nqatlet, nikkundannaw l-mod kif għexet.
Min iħares biss lejn kif mietet mingħajr ma jħares lejn kif għexet ikun stupidu. U l-maġġoranza tal-pubbliku Malti mhux stupidu.

Daphne Caruana Galizia
Il-pubbliku Malti jikkundanna kif mietet Daphne Caruana Galizia iżda jikkundanna wkoll kif għexet. Għalhekk ma ħaqqiex ebda monument.
Għalhekk Daphne Caruana Galizia kissret il-Partit Nazzjonalista meta kienet ħajja u kompliet tkissru wara li mietet.
				
															
				
