Il-Partit Alex Sciberras❓

Neville Gafa

~ 1 day ago

Il-Partit Alex Sciberras❓

Dan is-sit ilu xhur jgħid li l-Partit Nazzjonalista ma jeżistix. Jeżisti biss l-Partit Beppe Fenech Adami. Beppe huwa l-Ġeneral. Jiddeċiedu u jiddettaw ta’ Fenech Adami.

 

Isir dak li jridu huma.

 

Familja Fenech Adami

 

Jidher iżda li fil-Partit Laburista hemm min qed joħlom li jsir bħal Beppe Fenech Adami.

 

Dan is-sit ikkummenta dwar kif Il-Malta Women’s Lobby immexxija mill-avukat Lara Dimitrijevic ħareġ jikkundanna lil Ricky Caruana dwar fehmiet li esprima fuq il- pjattaforma tiegħu. Ikkritikat b’mod qawwi lill-istazzjon nazzjonali talli, fi kliemhom, naqas mir-responsabbiltà editorjali tiegħu meta ta’ pjattaforma lis- Sur Ricky Caruana.

 

 

Lara Dimitrijevic

 

 

Hekk kif dan is-sit ippubblika dan l-artiklu, dlonk ħareġ Alex Sciberras,  il-President tal- Partit Laburista fuq id-difiża ta’ Lara Dimitrijevic.

 

Dan hu dak li kkumenta fuq l-artiklu tagħna kif ukoll fi gruppi assoċjati mal-PL;

 

“Ninforma lil qarreja li Dr Lara Dimitrijevic ma hija hadd hlief ohti l-ghaziza. Jekk thossu in-necessita li tkasbru lilha, napprezza li thossukom fil-liberta li tinkludu lili maghha. Sehibkom fil-hsieb u impenn. Alex Sciberras.”

 

 

 

 

Dan il-kumment iddisprat xejn ma niżel tajjeb mal-Laburisti, li minn naħa ta’ bosta wieġbu li ma jfissirx li għax din tiġi oħtu, allura ħadd ma jista’ jikkritikaha dwar dak li qalet.

 

Dr.Alex Sciberras,

 

il-politika mhux xi dinastija. Li int il-President tal-Partit ma jagħmlekx akbar mill-Partit.

 

Li int il-President tal-Partit ma jagħmlekx immjun għal kritika jew skrutinju.

 

Din hija reazzjoni ta’ xi ħadd li jemmen fid-dinastiji. Int mintix il-Partit Laburista, u l-Partit mhux tiegħek.

 

Ma nagħmlux mod li trid tibdel il-PL fil-Partit Alex Sciberras hux?

 

Però, Ibqa’ ċert li aħna l-Laburisti mhux se nħalluk. Dan hu l- Partit tal-Ħaddiema mhux tal-Elitisti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

4 Comments

  1. Vince October 31, 2025

    Kif ma tistħix Neville!! Din il-ħsara kollha għalxejn!! Jew biex togħġob lil xi ħadd li qiegħed taħt paniku KBIR!!! Int il-Partit Laburista? Żgur li le!! Bi kliemek u kitbietek qed tnaffar bosta nies moderati li issa xebgħu bl-arroganza ta’ nies bħalek li jaħsbu li jistgħu jattakkaw lil min ma jaqbilx magħhom. F’dan kollu qed inxomm id moħbija! Għandi ħjiel tajjeb, kif għandhom bosta!!! Il-mistħija spiċċat!! Il-paniku qed iġennen. Ir-renju ta’ ċertu nies jidher li jum wara jum dejjem riesaw lejn it-tmiem!! Dr Alex Sciberras hu wieħed mill-aħjar imħuħ li għandu l-Partit u ċertament li mhux ser jaqa” fil-livell baxx tiegħek!!!

    Reply
  2. David Zerafa November 1, 2025

    Kummenti hekk qeghdin jitpaxxew u nifirhu l avversarji polititici U Anke maggoranza assoluta ta partitarji Laburisti.

    Li oht Alex ghamilt hazin ukoll.
    Biss fuq din ser nistennew baraxx ta Kritika minflik fuq IL budget fuq inkwiet intern.
    Neville naf li thobb IL Partit I’mma oqghod attent li ma tkunx int li titfaw fl opozizzjoni ghax floaters U modetati mhux ser iccapcpulek..
    U min dawk irid IL Partit.

    Reply
    1. Vince November 1, 2025

      Naqbel miegħek! Dr Sciberras huwa wieħed mill-aħjar elementi li għandu l-Partit Laburista. Jappella għall-votant moderat u li għandu melħ f’moħħu u mhux bil-kappestru!! Ricky jiddefendi ruħu hu u mhux qed ninbuttaw lill-PL biex jidħol u jiddefendih!!! Bid-dovut rispett, dawn l-attakki fuq uffiċjali tal-Partit (dan it-tieni wieħed fi ftit ġranet) qed jagħmlu ħsara kbira u jnaffru votanti moderati li jkomplu jagħtu l-appoġġ lill-Partit Laburista. Jidher ċara li wara dawn l-attakki hemm ukoll id moħbija. Neville, in-nies mhumiex bċieċen.

      Reply
  3. saviour stivala November 1, 2025

    Vince u David, Morro sibu Greek forsi titrihu ftit. Alex Scibarras IPOKRITU prima classi.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *