Dan is-sit ikkumment dwar dak li kien irrapportat il-Ġimgħa li l-Malta Women’s Lobby (MWL) ikkritikat b’mod qawwi lill-istazzjon nazzjonali talli, fi kliemhom, naqas mir-responsabbiltà editorjali tiegħu meta ta’ pjattaforma lis- Sur Ricky Caruana.
Il-Malta Women’s Lobby immexxija mill-avukat Lara Dimitrijevic.

Lara Dimitrijevic
Dan is-sit staqsa lil din Lara Dimitrijevic fejn kienet meta kienu ppubblikati chats privati ta’ Rosianne Cutajar, meta fl-istess waqt id-Deputat Laburista kienet tqila.
Iżda bħal ma għidna aktar qabel, dakinhar kemm din Lara Dimitrijevic kif ukoll dan il-lobby ta’ femminiżmu estrem, ma ħarġux imqar kelma waħda ta’ kundanna għal dak it-tkasbir u umiljazzjoni li għaddew lil Rosianne.

Mark Camilleri
Lanqas qatt ma ħarġu jikkundannaw lit- terrorist psikoloġiku Mark Camilleri meta dan ingħata kuntratt ta’ €25,000 talli ma jagħmel xejn, meta Mark Camilleri kien dak li ppubblika dawn iċ-chats privati tal- Onor. Rosianne Cutajar.

Rosianne Cutajar
Aħna l-Laburisti niftakru sew kif ġiet imkasbra u umiljatha Rosianne, u dan aħna ma ninsewh u ma naħfru qatt.
Il-mod kif tirreagixxi Lara Dimitrijevic huwa femminiżmu estrem, l-agħar forma ta’ difiża għal kull mara.

