Matul il-jum tas-Sibt, il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista ħarġu jgħidu li hemm xi diżgwit bejni u bejn Alex Sciberras.
Se nagħmilha ċara qabel ma nkompli ; ĦADD ma qabbadni nikteb dan l-artiklu. Kull min jafni, jaf kemm għandi rasi iebsa.
Ma għandi ebda diżgwit mal-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras.
Għal bosta snin, Alex u jien konna kollegi fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru. Mhux dejjem qbilna dwar kollox, għax it-tnejn li aħna għandna ċertu prinċipji, però dejjem urejna rispett lejn xulxin.
Nassigura lill-Partit Nazzjonalista li flimkien ma Alex Sciberras u t-Tmexxija se nkompli naħdem sabiex nerġgħu naraw lill-Partit Laburista fejn jixraqlu – fit-tmun tal-pajjiż.

