Konferma oħra li Adrian Delia huwa politiku fallut

Neville Gafa

~ 1 day ago

Konferma oħra li Adrian Delia huwa politiku fallut

Meta beda avukat, Adrian Delia kien xtaq jirnexxi bħala avukat li jiddefendi lil kriminali. Iżda bħal f’kollox falla mal-ewwel każ u ħadd iktar ma qabbdu. Adrian

 

Delia huwa bniedem fallut.

 

Wara li tajruh minn Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia bena r-ritorn tiegħu fil-politika fuq l-islogan “€400 miljun misruqa!” Dan biex mingħalih jerġa’ jilħaq Kap, però kulħadd jaf x’umiljazzjoni sofra f’Settembru li għadda meta tilef it-tellieqa għal ħatra ta Kap tal-Partit kontra tifel.

 

 

 

 

 

Irripeta kemm felaħ sa ma spiċċa jemmen il-gideb tiegħu stess. Wiegħed ġustizzja u ta l-impressjoni li skopra l-akbar skandlu fl-istorja tal-pajjiżna.

 

 

 

 

 

Illum, il-bużżieqa nfaqgħet f’wiċċu. 

 

Is-sentenza maħruġa mit-tribunal fil-proċeduri ta’ arbitraġġ internazzjonali waqqgħet il-gidba li l-poplu kien nsteraq €400 miljun.

 

Sentenza li kkonfermat kemm Adrian Delia barra li huwa avukat fallut, huwa falliment politiku per eċċellenza.

 

L-arbitraġġ internazzjonali bejn Malta u Steward Healthcare wera realtà kompletament differenti minn dik li ppruvaw ibiegħu Delia u s-sħabu fil-PN.

 

 

 

 

Skont is-sentenza tal- International Chamber of Commerce (ICC), il-benefiċċji li rċieva l-Gvern ta’ Malta jammontaw għal ftit inqas minn €890 miljun, filwaqt li ħlasijiet li rċevew Steward Healthcare jammontaw għal inqas minn €885 miljun.  

 

Għaldaqstant, ma hemm ebda €400 miljun x’jigu rkuprati. Anzi, il-Gvern Malti huwa dovut iħallas id-differenza ta’ €4.78 miljun lil Steward Healthcare.

 

 

Sadanittant, Adrian Delia baqa’ ma ndunax xi pjaċir għamel lil Gvern Laburista meta rebaħ il-kawża biex l-isptarijiet jerġgħu jiġu f’ hoġor Gvern Laburista.

 

Adrian Delia qatt ma nduna kemm ferraħna meta ġab l-isptarijiet lura għand Gvern Laburista.

 

Grazzi Delia!

 

Solvejtilna problema Delia!

 

Adrian Delia huwa l-aqwa ‘asset’ għal Partit Laburista.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *