Jekk hemm persuna waħda li waqgħet għaċ-ċajt mid-deċiżjoni tat-Tribunal Internazzjonali tal-Arbitragg, dan mhux Adrian Delia.
Il-persuna li nkixfu l-limitazzjonijiet kollha tiegħu hu l-Prim Imħallef Mark Chetcuti.
L-ewwel Qorti ppreseduta mill-Imħallef Francesco Depasquale qalet ħafna affarijiet. Nistgħu ma naqblux ma dak li qal iżda mkien ma semma’ li saret “frodi”.
Din il-bravura daħħlitha l-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Prim Imhallef li laħaq biss mhux għax kien l-aktar kapaċi iżda għax tant kien non entity li setgħu jaqblu fuqu kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni.
Mark Chetcuti fadallu ftit xhur biex jirtira. Wara din it-tidrisa minn Tribunal Internazzjonali, jagħmel sewwa jekk jaqbad u iżarma.

