Paula tagħmel għajb għall-Familja Mifsud Bonnici

Neville Gafa

~ 13 hours ago

Paula tagħmel għajb għall-Familja Mifsud Bonnici

Il-Partit Nazzjonalista jippontifika ruħu bħala l-partit tal- valuri u l- morali.

 

Iżda mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti, u meta wieħed jibda jqalleb fl-arkivji jibda jiskopri l-ipokrezija li huma mżejna biha.

 

Paula Mifsud Bonnici

 

 

Jumejn ilu rajna xena mill-aktar oxxena fil-Parlament, meta d-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qamet minn posta u b’ġisimha għattiet il-kamera prinċipali tal-PBS bil-għan li jitgħatta l-Prim Ministru waqt li kien qed jikkonkludi diskors brillanti relatat mal-Budget.

 

 

Paula Mifsud Bonnici tiġi mill-familja magħrufa bħala “tal- gross”. Waħda mill-aktar familji rispettabbli f’pajjiżna. Minnha ħarġu nies ta’ skola kbira.

 

 

 

 

Però bħal ma jgħidu l-Ingliżi, kultant fil-familji jkun hemm il- ‘black sheep’.

 

Tajjeb li nfakkru li lura fl- 2010, Paula Mifsud Bonnici kienet ġiet investigata mill-Ispettur Angelo Caruana wara li kienet bagħtet sensiela ta’ messaġġi ta’ theddid lid-Deputat Laburista Justyne Caruana.

 

 

 


Meta ġiet mitkellma fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Paula Mifsud Bonnici li dak iż-żmien kienet il-President tal-Assemblea Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ammettiet li kienet hi li bagħtet il-messaġġi.

 

Paula Mifsud Bonnici kienet ħelsitha ħafif grazzi għal qalb tajba ta’ Justyne Caruana li ħafritilha, u għaldaqstant ma kienux ħarġu akkużi kriminali fil-konfront tagħha.

 

 

 

Justyne Caruana

 

 


Meta dak iż-żmien ġiet mistoqsija minn ġurnal lokali, Mifsud Bonnici qalet li l-Partit Nazzjonalista qatt ma kien infurmat b’dak li kienet għamlet. Bħallikieku messaġġi ta’ theddid kontra Membru Parlamentari Laburista kienu xi ħaġa żgħira.

 

Ħaġa tal-iskantament kif persuna li kienet investigata dwar theddid tiġi fl-ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż tgħajjat bil-morali u takkuża lil-Gvern b’dak kollu li jiġi f’ moħħa’

 

Il-Partit Nazzjonalista ilu snin jipprova jpinġi lilu nnifsu bħala l-partit tal-onestà u tal-etika. Iżda kull darba li xi ħadd minnhom jiġi maqbud f’xi skandlu jew episodju ta’ mġiba ħażina, il-PN jagħlaq għajnejh, jaħbi kollox u jkompli jitkellem dwar “integrità”.

 

 

 

 

Il-każ ta’ Paula Mifsud Bonnici huwa eżempju klassiku.

 

Il-poplu għandu jiftakar min huma verament dawk li jitkellmu dwar “etika” u “responsabbiltà”. Għax wara l-maskra tal-valuri ta’ ċertu esponenti Nazzjonalisti, hemm storja ta’ mġiba depplorabbli, u li kieku kienet twettqet minn xi Deputati Laburisti, il-PN kien jagħmel storja kbira u kien isejjaħ skandlu.

 

Tali mġiba bħal din ta’ Paula Mifsud Bonnici  fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ma tistax terġa’ tirrepeti ruħha. U l-apoloġija li ssir wara episodji simili huma kollha foloz, għaliex konvint li min jagħmel atti simili jkun għamilhom bil-ħsieb.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *