Gvern li minn żmien għal żmien ma jiġġeddidx ikun jfisser li mhux qed jitgħallem biżżejjed mill-iżbalji li jkun għamel.
F’kull elezzjoni, sew jekk Elezzjoni Ġenerali, Ewropea jew lokali, il-poplu jibgħat messaġġ. U gvern serju jisma’. Mhux biss meta jirbaħ, iżda wkoll meta jiġi mwissi.
Il-vot mhuwiex kastig; huwa bħal boxxla. Juri fejn hemm bżonn li jtejjeb il-Gvern, fejn hemm bżonn li jinbidlu d-direzzjonijiet, u fejn il-poplu jrid aktar serjetà u jkun aktar mismugħ.

Gvern li ma jadattax għal messaġġ jitlef.
Gvern li ma jammettix żbalji, jibqa’ lura.
Gvern li ma jagħtix attenzjoni lill-poplu, jispiċċa mormi mill-poplu.

Is-saħħa ta’ kull gvern mhux l-orakli iżda kemm ikun lest jisma’, jitgħallem u jaġixxi.
Dan huwa s-sigriet tar-rebħ; jew tilqa’ l- messaġġ, jew tiġi mibdul minn min jisma’ aktar.
Nieħdu ħsieb lill-Laburisti tal-għeruq.
Viva l-Libertà tal-Espressjoni
Viva Malta 🇲🇹

