IS-SURVEY TAL-MALTATODAY

Neville Gafa

~ 23 hours ago

IS-SURVEY TAL-MALTATODAY

Qrajt l-artiklu ta’ One News relatat mal-istħarriġ politiku li se joħroġ illum fuq il-Malta Today.

 

Ma naqbel xejn ma dan l-artiklu, wieħed reattiv għal kummenti tal-avukat Jason Azzopardi. Ma nistax nifhem x’ kienet il-ħtieġa.

 

 

 

 

 

 

Lura għas-survey.

 

Skont dak li ġie ippublikat fuq One News, il-Partit Laburista għandu maġġoranza relattiva.

 

Xi tfisser maġġoranza relattiva?

 

Tfisser li l-Partit Laburista huwa l-aktar partit popolari fost il-partiti kollha iżda taħt il- 50%,  bla maġġoranza assoluta.

 

Jidher ukoll mit-tabella ippubblikata minn One News li d-differenza bejn il-PL u l-PN hija ta’ 2.6%.

 

 

 

 


Meta wieħed iqis il-persentaġġ ta’ 4.1% tal-ADPD, allura nibda ninkwieta aktar.

 

 

 

Għaliex?

 

Għaliex hekk tinħoloq sitwazzjoni politika perikoluża ħafna għall- PL. Għax jekk il-PN u l-ADPD jiffurmaw koalizzjoni f’każ ta’ riżultat elettorali simili, allura l-Partit Laburista jitlef il-Gvern.

 

Dan kollu meta Gvern Laburista għadu kemm nieda l-akbar Budget fl-Istorja politika ta’ pajjiżna. Budget li ma jibżax mill-bidla.

 

Budget li joffri kuraġġ u tama lill-poplu. Budget bl-akbar miżura fl-istorja li qatt tajna lill-poplu Malti u Għawdxi.

 

 

 

 

X’ ifisser dan is-survey għalija personali?

 

L-akbar żball li jista’ jagħmel il-Partit Laburista huwa li joħroġ jgħid li mhux se joqgħod fuq dan l-istħarriġ għaliex ippubblikat mill-Malta Today tal-merċenarju Salvu Balzan.

 

Jeħtieġ li nkunu umli biżżejjed u nevalwaw dak li qed jiġi ppubblikat u naqraw il-messaġġ ta’ dawk li pparteċipaw f’dan l-eżerċizzju.

 

 

Partit Nazzjonalista

 


Nemmen li l-Partit Nazzjonalista xorta mhux jattira votanti Laburisti. Dan huwa l-akbar vantaġġ li għandu l-Partit Laburista. Il-Laburisti għadhom jemmnu li minkejja il-bidla fit-tmexxija, il-Partit Nazzjonalista mhux għażla alternattiva jew aqwa mill-Labour. 

 

 

 


Naħseb kull min isegwi l-kitba tiegħi, speċjalment ta’ dawn l- aħħar ġimgħat, jintebaħ kemm kelli raġun meta nibqa’ nisħaq li l-Partit Laburista qed jonqos fil- konfront tal-Laburisti mill-għeruq. Tul ix- xahrejn li għamilt niltaqa’ man-nies fil-ħidma Governattiva li kelli, ntbaħt kemm il-Partit qed jonqos fil-konfront ta’ dawk li dejjem kienu warajħ mit-twelid.

 

Laburisti mill-għeruq. Laburista ta’ dejjem u mhux opportinisti.


Laburisti li qatt ma ppretendew li jingħataw xi ħaġa li mhux tagħhom, illi però inqabżu fil-kju minn oħrajn li rikbu fuq il-karru Laburista għal gwadann personali. 

 

Laburisti li dejjem ħarġu jivvotaw mingħajr ebda kundizzjoni.

 

 

 

 

Gvern Li Jisma’ Hu Gvern Li Jitgħallem.

 

Gvern li ma jistħix minnu nnifsu minn sena għal oħra probabbilment mhux qed jitgħallem biżżejjed mill- iżbalji li jkun għamel. Dan l-istħarriġ huwa mera ta’ dak li ktibt fil-jiem li għaddew.

 

Kemm nixtieq li żbaljat fl-analiżi tiegħi. Iżda kif jista’ nkun żbaljat, ġaladarba smajt u ħassejt il-karba tal- Laburisti?

 

Nibqa’ nemmen b’ konvinzjoni li l-Partit Laburista jibqa’ l-uniku moviment li jpoġġi l-interess ta’ Malta qabel kollox. Għax għal-Labour, il-pajjiż jiġi l-ewwel. Iżda biex il-Partit Laburista jibqa’ fi tmun tal-pajjiż, jeħtieġ li jibqa’ jieħu ħsieb lil dawk li sawruh. Lil dawk li huma l-pedament li fuqhom inbena kemm il-Partit kif ukoll il- Moviment li jgħaqqad madwaru nies minn kull sfera tal-ħajja; ħaddiema, negozjanti, akkademiċi, minoranzi eċċ.

 

Huwa tajjeb u essenzjali li l-Partit Laburista jieħu ħsieb lill-moderati, iżda huwa obbligu sagrosant li jibża’ għall-Laburisti mill-għeruq.

 

 

 

 

CHARITY BEGINS AT HOME.

 

Meta konna tfal, dejjem tgħallimna li biex tħobb lil għajrek, l-ewwel trid tgħaraf tħobb lill-familtek.


Huwa minnu li biex nerġgħu niksbu rebħa elettorali jeħtieġ li nibżgħu għall-moderati. Iżda huwa ħafna aktar importanti li biex nirbħu jeħtieġ li l-ewwel u qabel kollox nieħdu ħsieb lis-suldati tal-azzar.

 

 

 

 

ISIMGĦU LILL- LABURISTI.

 

 

Minn hemm tridu tibdew taħdmu mill-lum il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2025, jekk verament tridu li nerġgħu nirbħu l-elezzjoni.

 

Is-saħħa ta’ kull gvern mhux l-orakli iżda kemm ikun lest jisma’, jitgħallem u jaġixxi.

 

Dan huwa s-sigriet tar-rebħ; jew tilqa’ l-messaġġ, jew tiġi mibdul minn min jisma’ aktar.


Nieħdu ħsieb lill-Laburisti tal-għeruq.

 

Viva l- Labour

 

Viva Malta 🇲🇹

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. FXG November 16, 2025

    Naqbel perfettament ma dak miktub f’dan l artiklu. Sfortunatament uhud mil ministri qed ibghedu lil dawk ta twemmin laburista mil partit bl attegjament taghhom. Ir raguni ta dan l attegjament hi li jekk ma tkunx tad distrett fejn jikkontesta jew tikkontesta tigi mwarrab. Ghada tidwi f’ widnejja frazi li kien isostni wiehed mis suldati ta l azzar’ x’jiswa li nitla minn zewg distretti jekk ma jitlax il PL’. Nistaqsi, hemm xi hadd mil ufficju tal PM li jiskrotinja l ilmenti li jidhlu fil ministeri u ukoll nazarda nghid li uhud mil Ministri tant kibritilhom rashom li jkelmuk biss meta toqrob l elezzjoni. Dawn huma xi punti li qed itelfuna l voti. Fl ahhar ha naghmel appell lil ufficju tal Prim sabiex juzaw l awtorita li giet fdata lilhom u jitnehha red tape zejjed u jsabtu saqajjhom ma min qed ikun ta xkiel ghal Partit Laburista.

    Reply
  2. FXG November 16, 2025

    Sur Gafa dawk l ilmenti li kont qed titratta meta kont qed isservi fil PL marru fil dust bin ?

    Reply
  3. saviour stivala November 16, 2025

    Jien ma naqbel xejn ma dan lartiklu, dan ghax nemen li il-messag li iried iwasal dan lartiklu u ferm il-bod min dak li emm mktub. Ghara EZL nixiflu qoxqox wiccu ghal daqstant izjied sar gustus min Nivelli ghal tal-fourth pillar.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *