“Ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li, fuq ix-xaqliba ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u l-White Rocks, dik il-medda ta’ art kbira tibqa’ miftuħa kif inhi u tingħata lin-nies. Taf xiex, Sur President, ħalli nifhmu l-kobor ta’ din id-deċiżjoni flimkien ma’ dik li ttieħdet fuq Manoel Island. Taf li bejn Manoel Island u l-White Rocks qed nitkellmu fuq art kbira daqs il-Belt Valletta”.
Dan intqal mill-Ministru Miriam Dalli, waqt l-estimi tal-Ministeru tagħha.

Iż-żoni tal-White Rocks u Manoel Island mhux se jibqgħu destinati għall-iżvilupp, imma se jingħataw lura lill-pubbliku bħala spazji miftuħa.
Il- Gvern se jkun qed iniedi proċess fejn it-tfal, l-għaqdiet u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jagħtu s-suġġerimenti tagħhom dwar x’iridu jaraw f’dawn il-postijiet.

