Marokkin ta’ 34 sena li jgħix il-Munxar, Għawdex, tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u kien ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati li waqt li kien fis-sakra ta fastidju lil diversi persuni u kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.
Fis-sentenza tal-Maġistrat ġie osservat kif fl-aħħar ġimgħat saru mal-14-il rapport kontra Chibi. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech saħqet li hu fl-interess tas-soċjetà li din tiġi protetta mill-imputat fejn il-komportament tiegħu niġġes l-inħawi ta’ kull fejn għoġbu jersaq.

Qorti
Issa nispera ma jiġux xi dojoq minn dawk l-erba’ qlafat tal-NGOs li tant taħraqhom qalbhom għal dawn in-nies u jgħidu li dan huwa kliem razzist, jew li jinstiga razziżmu!
Minbarra li waħħlitu sena ħabs, il-Maġistrat Frendo Dimech irrakkomandat lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex ikeċċi lil Chibi wara li jiskonta l-piena ta’ ħabs.
Din is-sentenza mgħotija mill-Maġistrat Frendo Dimech għandha sservi ta’ lezzjoni lil ħafna oħra li qed jgħixu f’pajjiżna.
Għandha sservi sabiex il-barrani li jgħixu f’ Malta jżommu f’moħħhom li hawn mhux pajjiżhom, u għandhom jobdu l-liġi tagħna.
Għandhom iżommu f’moħħhom li qegħdin hawn għax sabu soċjetà ħanina li għoġobha tiftaħ il-bibien għalihom.
Huwa mifhum li Chibi għandu għadd ta’ kawżi oħra kontrih, u Imbierka s-Sappjenza t’ Alla sal-lum kien għadu jiġri barra.

Dak li għamlet il-Maġistrat Frendo Dimech missu ilu li sar, u mhux kien għadu jiġri barra jqażżeż kull fejn jersaq.
Dan is-sit juru l-apprezzament lejn il- Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Is-sentenza tal-lum tagħmel ġustizzja mhux biss mal-vittmi ta’ Chibi, iżda mas-soċjetà kollha. Għada Għawdex partikolarment se jisbaħ bi kriminal inqas jiġġerra mas- saqajn.


1 Comment
Kudos to the Magistrate and the Police