“Grazzi lir-Royal Colleges of Physicians tar-Renju Unit 🇬🇧 għar-rikonoxximent prestiġjuż mogħti lil St Vincent de Paul bħala wieħed mill-ispazji fejn issa jsir l-eżami prestiġjuż MRCP(UK) PACES hawn Malta.

Inkomplu nkunu ta’ spalla biex tobba Maltin ma jkollhomx bżonn jivvjaġġaw barra minn xtutna biex jagħmlu dan l-eżami li huwa tarġa finali biex isiru speċjalisti tal-mediċina.

