Struzzjonijiet lil Joe Giglio biex ma jikkumentax dwar is-serqa mill-Qorti ta’ Għawdex

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Struzzjonijiet lil Joe Giglio biex ma jikkumentax dwar is-serqa mill-Qorti ta’ Għawdex

Il-Partit Nazzjonalista għandu kelliem ewlieni għall-qasam tal- Ġustizzja. Dan huwa l-Membru Parlamentari Joe Giglio.

 

Avukat mimli kontroversji.

 

L-aħħar kontroversja ta’ Giglio kienet meta fil-Qorti kellu l-ardir jiddefendi lil Dione Borg, ġurnalist u xandar fuq Net. Dan wara li kellu jwieġeb meta kiser divjett tal-Qorti relatat mal-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

 

 

 

 

 

Il-Partit Nazzjonalista ta’ Alex Borg għandu sitwazzjoni mill-aktar skandaluża għall-fatt li Shadow Minister għall-Ġustizzja qed jiddefendi lil xi ħadd li kiser l-ordni tal-Qorti, f’dan il-każ ġurnalisti u preżentatur tal-istazzjonijiet tal-PN.

 

Sadanittant feġġ skandlu ieħor, din id-darba relatat mal-Qorti ta’ Għawdex. Tal-PN waqgħu fil-muta dwar is-serqa ta’ sitt elef ewro mill-Qorti ta’ Għawdex.

 

Ebda reazzjoni la mill-Kap u lanqas mill-kelliem ewlieni Joe Giglio, il-ħabib ta’ Rakhat Aliyev u martu Elnara Shorazova. Rakhat Aliyev kien implikat fil-qtil ta’ tnejn min-nies.

 

Dan is-sit se jibda jagħmel xi mistoqsijiet lil Joe Giglio, il-pupazz ta’ Alex Borg:

 

Onor. Joe Giglio, x’qed iżommok milli toħroġ stqarrija dwar dak li seħħ fil-Qorti ta’ Għawdex?

 

Tista’ tgħidilna meta sirt taf b’dan il-każ? Nassumi li tkellimt mal-Kap.

 

Anzi, aktar minn hekk, nassumi li kien Alex Borg li kelmek dwar dan l-iskandlu.

 

 

 

 

Però ninsab konvint li din id-darba se jkollok tibqa’ b’ħalqek magħluq bħal ma bqajt sieket għax hekk kien jaqbillek meta dan is-sit staqsiek dwar xibka ta’ kumpaniji u transazzjonijiet li involviet lil Rakhat Aliyev, lilek u lil martek Jeanine u l-uffiċċju tagħkom.

 

Biex ngħinek tiftakar, nista’ ngħidlek li l-account number huwa 337.000.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *