Alex Borg jaħrab mill-obbligu Konstituzzjonali li ġġorr magħha l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Alex Borg jaħrab mill-obbligu Konstituzzjonali li ġġorr magħha l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni

It-Tlieta filgħodu, waqt id-dibattitu dwar l-Estimi tal-Budget 2026 għall-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar il-wegħda ta’ Qorti ġdida f’Għawdex. Qal li dan huwa tajjeb, għalkemm tard ħafna.

 

Talab lill-Gvern biex jipprovdi stima tal-ispejjeż u l-fondi allokati, u staqsa wkoll twaqqafx kumitat ta’ monitoraġġ bis-sehem tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-avukati u l-ħaddiema li jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex biex jagħtu l-fehma tagħhom dwar il-binja l-ġdida tal-Qorti. 

 

 

 

 

Iżda Mbierka is-Sappjenza t’Alla mank lissen nofs ta’ kelma dwar is-serq ta’ 6,000 Ewro minn safe fil-Qorti ta’ Għawdex.

 

Dalgħodu Alex Borg kellu ċans tad-deheb juri kemm hu professjonali u kemm lest jonora kif mitlub minnu l- kariga Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

 

Alex Borg naqas milli jistaqsi mistoqsijiet dwar dan kollu. Wera li mhux lest jissepara l-konflitt ta’ interess familjari ma dak tal-kariga Kostituzzjonali.

 

Alex Borg reġa’ falla eżami ieħor. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala November 25, 2025

    Flahar il-bocca resqet daqxejn lejn il-lik.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

ERROR: Sorry, human verification failed.