Tħabbar li se tkun qed tinfetaħ Dar għall-anzjani fil- pjazza ta’ Ħaż-Zabbar. Bla dubju inizzjattiva tajba ħafna għaliex minnha se jkunu qed igawdu 73 anzjan Żabbari u oħrajn li tul ħajjithom għixu fl-irħula tal-madwar.

Jekk hawn xi settur li Gvernijiet Laburisti ħadu ħsieb huwa appuntu dak tal- anzjani. Li tagħti żieda fil-pensjonijiet hija tajba ħafna. Iżda li tipprovdi djar li joffru servizzi u wens għall- anzjani huwa bla dubju il-massimu li kull Gvern jista’ joffri.

Niskanta mhux ftit kif f’pajjiżna għad hawn min joġġezzjona anke għal proġetti bħal dawn. Proġetti li jistgħu jibbenefikaw saħansitra familjari tal-istess nies li joġġezzjonaw għal tali proġetti.
Ħajr ukoll lill- Awtorità tal- Ipjanar li minkejja il- viżjibilju oġġezzjonijiet li jiġu sottomessi għal dawn il- proġetti, tagħżel is- sens komun u l-interessi tal- anzjani tagħna.

