Kemm hu ikrah minn jipprova juża l-istorja ta’ pajjiżna biex iċekken lil dawk illi tant batew qabilna.
Niftakar lin-Nanna Anna tirrakuntali kif lil ħuha għax Laburist ħallewlu l-bibien tal-Knisja tas-Siġġiewi magħluqa meta ippruvaw jagħtuh l-aħħar tislima f’mewtu. Dan kollhu għax kienu Laburisti u qatt ma beżgħu mit-theddid tal-ġunta!

Dawk huma l-vera suldati tal-azzar Dr Borg! Laburisti li kasbruhom f’ħajjithom u anka f’mewthom u baqgħu hemm leali lejn il-prinċipji tagħhom!
Insellem il-memorja tal-vera Suldati tal-Azzar, mhux dawk li ma beżgħux illi jibilgħu żewġ qatriet xita l-Ħadd li għadda imma dawk li sfidaw lil minn beżżahom illi jinħarqu fin-nar tal-infern jekk jibqgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Partit Laburista.

