Ikkonfermat li l-valutazzjoni ta’ 23 miljun fil-każ tal-Fortina kienet żbaljata u kellha tkun 8.2 miljuni.

Neville Gafa

~ 14 hours ago

Ikkonfermat li l-valutazzjoni ta’ 23 miljun fil-każ tal-Fortina kienet żbaljata u kellha tkun 8.2 miljuni.

Il-bieraħ sar it-tieni Kumitat Parlamentari tal-verifika fir-rigward tal-proċess tal-waivers tal-Fortina fejn ħareġ ċar li l-valutazzjoni li suppost kienet ta’ 23miljun, fil-fatt kellha tkun 8.2 miljuni.

 

Mill-ewwel review tal-valuation tad-ditta tal-awdituri, jirriżulta li t-team tekniku tal-Awtorità tal-Artijiet ġibed l-attenzjoni għal madwar 25 ineżattezza f’din il-valutazzjoni. Ic-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet elenka kif meta jiġi applikat il-mudell tekniku bl-emendi kollha, il-valur jinżel għal 8.2 miljuni.

 

Dan huwa qrib ħafna l-8.1miljun li fil-fatt qablu li jħallsu l-Fortina fl-2019!

 

F’dan il-Kumitat Parlamentari ġie mfakkar ukoll li l-istess valutazzjoni ma kienetx maħduma skont il-parametri tal-liġi u fi kliem ic-Ceo tal-Awtorità tal-Artijiet, din qatt ma setgħet tintuża jew tiġi aċċettata!

 

Issa lkoll niftakru kif din il-kumpanija kienet ‘attakkatha’ bla rażan ftit tax-xhur ilu wara li ħareġ rapport tal-Awditur Ġenerali li lilna mill-ewwel ma kkonvinciniex. Niftakru kemm insinwazzjonijiet saru, kemm ismijiet ġew imperċa u kemm pruvaw iwaħħlu f’nies.

 

Is-soltu storja ta’ allegazzjonijiet bl-addoċċ għal skopijiet ulterjuri.

 

Huwa ta’ għajb li affarjiet bħal dawn jitħallew jiġru ripetutament u qisu xejn ma hu xejn. Qisu kulħadd għandu liċenzja jispara alegazzjonijiet fuq min irid, bla konsegwenzi.

 

F’dan il-każ ukoll, bħal oħrajn, min se jibda jerfa’ r-responsabbiltà tal-ħsara li tkun diġà saret?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala December 2, 2025

    libar dnub mjiet sagrileg uma tal-FT=FREE PRESS.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *