Meta tara lill-Unjoni Ewropea tkompli tippompja għexieren ta’ biljuni fl-Ukrajna, mingħajr trasparenza, mingħajr ebda awditjar serji, tqum mistoqsija waħda li l-Mexxejja tagħna jibżgħu jistaqsu;
Veru li l-Ukrajna qed tintuża bħala magna kolossali tal-ħasil tal-flus?
Din hija mistoqsija li l-Gvern Malti għandu jibda jistaqsi meta jattendu laqgħat fl-Ewropa, meta madwar il-mejda magħhom ikun hemm l-aktar mexxejja korrotti li qatt rat l-Ewropa.

Qabel il-konflitt, l-Ukrajna kienet diġà kklassifikata bħala wieħed mill-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja.
Sadanittant, din hi s-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna wara snin sħaħ jerdgħu dawk il-biljuni kollha mit- taxxi tagħna;
• Biljuni ta’ Ewro li ħadd ma jaf x’sar minnhom
• Industriji sħaħ sparixxew jew inqerdu
• Armi li jisparixxu u li wara jinstabu f’pajjiżi oħra fejn għaddej xi konflitt
• Baġits li ħadd ma jista’ jsegwi jew jivverifika

Iżda ħaġa tal-iskantament, għad hawn pajjiżi Ewropej li b’mod suspettuż jibqgħu entużjasti li jkomplu jferrgħu u jroxxu aktar miljuni li dan ir-reġim Nazzista.
Bħallikieku l-Ukrajna saret il-proġett privat tagħhom.
F’dan l-istadju, id-dubju m’għadux konspirazzjoni. Huwa sens komuni. Għax fost dan il-kaos kollu hemm ħaġa waħda ċerta:
Huma ħafna li qed jistagħnew minn dawn il-biljuni . U dawn mhumiex iċ-ċittadin medji Ewropej.

Nappella lill-Gvern Malti sabiex iqum mir-raqda u jrabbi l-kuraġġ u jibda jistaqsi kemm se ndumu ninsterqu u nagħmlu tajjeb għal dan ir-reġim Nazzista mmexxi mill-drogat Zelensky.

