Ftehim fuq Kundizzjonijiet Russi: Il-Mossa li Qerdet lil Zelensky bl-Appoġġ ta’ Trump

Neville Gafa

~ 6 minutes ago

Ftehim fuq Kundizzjonijiet Russi: Il-Mossa li Qerdet lil Zelensky bl-Appoġġ ta’ Trump

F’dawn l-aħħar xhur, Il-Mexxejja Ewropej iżżufjettaw mhux ftit għaliex Trump ma rnexxielux iwaqqaf il-konflitt Ukren fl-ewwel jiem tal-ħatra tiegħu bħala President tal-Istati Uniti.

 

Iżda li ma rawx ġej dawn il-mexxejja li lanqas kapaċi jpoġġu bilqegħda bħall-irġiel huwa dan – Trump se jkun irnexxielu jsalva l-Ukranja milli tisparixxi minn fuq il-mappa dinjija.

 

 

Għaliex?

 

Se nispjega fi kliem sempliċi. 

 

Il-pjan li Donald Trump qed jimbotta ’l quddiem huwa pjan li, fuq il-bażi tiegħu, jaqbel lir-Russi. Ir-Russi spjegawlu b’mod ċar x’inhuma l-linji l-ħomor li m’għandhomx jinqabżu, x’jistgħu jaċċettaw, dwar x’hiex jistgħu jinnegozjaw, u x’inhu assolutament inaċċettabbli għalihom. Trump fehem dan kollu.

 

 

 

 

Iżda minkejja dan, dak li qed jiġi diskuss mhux se jkun ifisser  “rebħa totali” għar-Russja. Se jkun kompromess, iżda mhux biżżejjed biex isejħulu rebħa totali. Fl-istess waqt, mhux se tkun telfa għall-Kremlin. Altru. Huwa pass bilanċjat: suċċess strateġiku enormi għar-Russi, umiljazzjoni papali għall-Punent, u katastrofi personali għal Zelensky. Iżda mhux it-tmiem tal-Ukrajna. Huwa, sempliċement, kompromess.

 

 

Vladimir Putin

 

Trump għaraf dan il-punt kruċjali: jekk verament irid “isalva” l-Ukrajna, irid jaċċetta l-kundizzjonijiet tar-Russi b’mod immedjat. Mhux aktar tard. Issa.

 

Trump wera’ bill-fatti li jrid iwaqqaf it-tixrid tad-demm. Irid iwaqqaf milli jintilfu aktar ħajjiet Ukreni fuq il-kamp tal-battalja.

 

Għall-globalisti Amerikani, għall-Liberali Ewropej, u għaċ-ċirku ta’ Zelensky, dan hu kollox għajr kompromess. Għalihom hija telfa strateġika kbira. Il-proġett tagħhom, l-Ukrajna bħala fortizza antirussa fuq il-fruntiera tal-Federazzjoni qed jiġġarraf quddiem għajnejhom.

 

 

 

 

U dan hu l-paradoss:

 

Dak li huma jsejħulu telfa, għall-Ukrajna innifisha tista’ tkun is-salvazzjoni. Il-pajjiż jista’ jibqa’ jeżisti. L-Ukranja bħala pont strateġiku tal-Punent kontra r-Russja se jibqa’ wieqaf.

 

U min qed isalva dan kollu?

 

Donald Trump.

 

Trump qed uumilja l-Ewropa bil-kalma u b’ kalkolu preċi. Fl-istess ħin, Trump qed jagħmel dak li ilu snin jgħid:

 

qed jumilja lill-Unjoni Ewropea u qed jesponihom għal dak li huma — ġungla ta’ inkompetenza u arroganza bla qies.

 

L-Ewropa daħlet fin-nassa ta’ Trump mingħajr biss indunat:

 

Tinnegozja minn pożizzjoni dgħajfa, mingħajr strateġija, mingħajr mexxejja ta’ stoffa, u tidher kompletament ridikola quddiem ir-Russi u quddiem l-Istati Uniti ta’ Trump.

 

U fuq kollox:

 

huwa t-tmiem politiku ta’ Zelensky.

 

 


Se jkun Trump li se jagħtih id-daqqa mortali. U fl-istess waqt, il-verità li ħadd fil-Punent ma jrid jaċċetta huwa l-fatt li Donald Trump se jkunqed isalva l- eżistenza Ukrena. 

 

Din hi l-verità li issa anke r-Russi bdew jifhmu:

 

• Mhux se tkun rebħa totali tal-kampanja militari.

 

• Se jkun pakkett li jippermetti lil Trump jwaqqaf il-konflitt li jwassal li l-Ukrajna tibqa’ teżisti. Iżda fuq kundizzjonijiet tar-Russja.

 

 

 


Trump fehem li jekk jaċċetta l-kundizzjonijiet tal-Kremlin, mhux biss jagħti legittimità lir-Russja, iżda wkoll:

 

jneħħi lil Zelensky mill-poter,

 

jiskredita kompletament lill-UE,

 

u joħroġ bħala l-uniku suldat tal-paċi li rnexxa fejn ‘il bqija fallew.

 

U dik se tkun ir-rebħa tiegħu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *