Reazzjonijiet għal gideb tal- MP Nazzjonalista Claudette Buttigieg

Neville Gafa

~ 16 hours ago

Reazzjonijiet għal gideb tal- MP Nazzjonalista Claudette Buttigieg

Il-bieraħ sirna nafu kif id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg gidbet billi tagħat interpretazzjoni falza ta’ studji li saru relatati mal-proġett tat-‘Thermal Treatment Facility’, parti mill-kumpless Eco Hive biex Malta ma tibqax tieħu art għall-miżbliet.

 

Iva, Claudette Buttigieg gidbet u dan ġie kkonfermat.

 

 

Miriam Dalli

 

 

F’ reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Istandards, Il-Ministru Miriam Dalli qalet li l-PN dejjem kontra bidliet ambjentali importanti u biex jagħmel dan lest ukoll ixerred il-gideb.

 

 

Sadanittant, interessanti wkoll kummenti minn naħa tal-Arċisqof kif ukoll tal- Għaqda Repubblika.

 


Qed nikkwota silta mill-Istqarrija ta’ Repubblika.

 

 

“Repubblika tinnota bi tħassib id-deċiżjoni riċenti tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, li skont ir-regoli eżistenti, il-Membri tal-Parlament mhuma taħt ebda obbligu formali li jgħidu l-verità fid-diskors pubbliku tagħhom. Din l-interpretazzjoni tiġi biss mill-fatt li l-kodiċi tal-etika tal-ministri jinkludi espressament l-obbligu tal-onestà, iżda l-kodiċi tal-etika tal-Membri tal-Parlament ma fihx l-istess obbligu.

Naffermaw li l-imġieba etika fil-ħajja pubbliku għandha tissejjes fuq aktar minn definizzjonijiet tekniċi miktuba fuq il-karta Fil-qalba ta’ kull kodiċi ta’ etika – jekk hux għall-Ministri, għad-Deputati, jew għal persuni ta’ fiduċja – għandu jkun hemm impenn bla tlaqliq għall-verità, it-trasparenza, il-kontabilità, u r-rispett lejn l-interess pubbliku.”

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B.Borg December 17, 2025

    Il-problema hi mill-oppozizzjoni topponi ghal kollox anke’ jekk taf li f’certa hwejjeg qed taqbel.

    Parti mit-tort hi l-edukazzjoni. Edulazjoni taghna ma tibniex socjeta’ gusts imma socjeta’ mgharqa f’piki u ugigh ta’ zaqq.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *